Lectio Divina minn Dun Pawl Sciberras

Sensiela ta’ 32 laqgħa ta’ Lectio Divina organizzati mis-Segretarjat għal-Lajci tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fil-kappella tal-Kurja fil-Floriana. It-tema komuni fil-laqgħat kollha u f’kull silta magħżula mill-Evanġelju hija il-Ħniena. Dan biex ngħixu aħna wkoll l-esperjenza tal-Ġublew tal-Ħniena li msejħin għalih mill-Papa Franġisku.
Din l-ewwel laqgħa tmexxiet minn Dun Pawl Sciberras. Persuni oħra li ser janimaw l-esperjenza se jkunu, Dun Stefan Attard, Patri Martin Micallef OFMcap u Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna.

Ħudu ħsieb li bħala djakni tal-Knisja, tpoġġu l-balzmu li jġib is-serħan kull fejn taraw li hemm ferita

Il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2015: Sitt seminaristi u fra tal-Ordni tal-Minuri Konventwali ġew ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, waqt Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi.

Continue reading Ħudu ħsieb li bħala djakni tal-Knisja, tpoġġu l-balzmu li jġib is-serħan kull fejn taraw li hemm ferita

Alla ma jikkundannax għax Hu jaf biss iħobb. Din hija r-rebħa tagħna

Il-Ħamis, 29 ta’ Ottubru 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Waqt l-omelija li għamel dalgħodu fid-Dar Santa Marta, il-Papa qal li, fl-ewwel qari, San Pawl jispjega lill-Insara li ladarba Alla hu magħna, ħadd ma jista’ jkun kontra tagħna. Jekk Alla jsalvana, min jista’ jikkundannana? Donnu, qal il-Papa Franġisku, li l-qawwa u ċ-ċertezza ta’ rebħ, dan ir-rigal, jinsab f’idejn in-Nisrani, ħaġa li hi proprjetà tiegħu. Qisu li l-Insara jistgħu jiddikjaraw b’mod trijonfalistiku: Issa aħna ċ-champions!

Continue reading Alla ma jikkundannax għax Hu jaf biss iħobb. Din hija r-rebħa tagħna

Papa profetiku u t-Tradizzjoni tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-maġisteru tal-Papa Franġisku għandu fih ruħ soċjali. Ruħ li ġejja mit-tagħlim tal-vanġelu li jdawwal id-diversi rejaltajiet soċjali li qed iseħħu fid-dinja tagħna tallum.

Fit-tagħlim soċjali tiegħu Papa Franġisku jikkritika ekonomija li hija msejsa fuq il-materjaliżmu u x-xeħħa. B’urġenza profetika huwa jitħaddet kontra kolonjaliżmu ġdid li jisfrutta x-xogħol imwettaq mill-pajjiżi fqar. Papa Franġisku ma jiddejjaqx isejjaħ il-forma ekonomika dominanti fid-dinja żviluppata bħala “ekonomija li toqtol”. Barra minhekk f’diskors mogħti fil-Bolivja, jiġifieri f’pajjiż taħt it-tmexxija ta’ president soċjalista, il-Papa deher li qed jistieden lill-fqar biex jaħftu l-poter minn idejn l-għonja u jieħdu f’idejhom it-treġija ta’ ħajjithom. Imma dan kollu kif għandna nfissruh? Continue reading Papa profetiku u t-Tradizzjoni tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Viva s-sempliċità!

Patri Mario Attard OFM Cap

Fil-ħajja hemm ċerti esperjenzi li ma ninsewhom qatt. Mhux fis-sens negattiv u marradi tas-soċjetà tallum li donnha tagħmel festa jew għaġeb fuq it-tramwiet. It-tramwiet, isimhom magħhom, huwa weġgħat li, bil-mod il-mod, u bil-għajnuna ta’ kulħadd, u fuq kollox tal-Mulej, iridu jibdew jitfejqu. Imma ta’ esperjenzi sbieħ. Ħelwin. Mimlija faraġ u kuraġġ! Continue reading Viva s-sempliċità!