Jitkellmu dwar il-paċi u jibgħatu l-armi

Print Friendly, PDF & Email

Min qiegħed jitkellem dwar il-paċi fis-Sirja għadu qed jibgħat l-armi – Il-Papa Franġisku. (Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija)

Il-paċi fis-Sirja hija ”possibbli,” qal il-Papa Franġisku f’messaġġ bil-video b’appoġġ għal kampanja mnedija mill-Caritas Internationalis, ippubblikat fil-5 ta’ Lulju, li fih il-Papa ħeġġeġ lill-gvernijiet biex isibu soluzzjoni politika għall-gwerra li ilha serja ħames snin, messaġġ li fih ikkritika lil dawk il-pajjizi li għadhom jissupplixxu l-armi, iżda li jkunu l-ewwel li jitkellmu dwar il-paċi. ”Kif tista’ temmen f’xi ħadd li jmellsek bil-leminija u jagħtik bis-sikkina bix-xellugija?”

Il-Papa qal li jixtieq ”jitkellem dwar xi ħaġa li hija ta’ swied il-qalb għalih: il-gwerra fis-Sirja, issa fil-ħames sena tagħha.” ”Nixtieq indur lejn il-fidili u dawk li huma kommessi mal-Caritas, fil-bini ta’ soċjetà aktar ġusta. Il-paċi fis-Sirja hija ”possibbli,” saħaq il-Papa, li żied jgħid li ”kulħadd jaf u jirrikonoxxi li m’hemm l-ebda soluzzjoni militiari għas-Sirja, iżda biss waħda politika. Il-komunità internazzjonali għalhekk għandha tagħti kull appoġġ it-taħdtiet tal-paċi li jimmiraw għall-bini ta’ gvern ta’ għaqda nazzjonali.”

Il-Papa Franġisku lmenta għall-fatt li ”filwaqt il-popolazzjoni qed tbati, flejjes kbar ta’ flus qegħdin imorru għall-armi għall-ġellieda.”

Biex wieħed jilqa’ għall-konsegwenzi umanitarji ta’ din il-gwerra, saret waħda mill-akbar ħidmiet ta’ salvataġġ mill-Caritas fid-dinja. Din l-għaqda Kattolika tat ikel, kura tas-saħħa, affarijiet ta’ bżonn, edukazzjoni, kenn, pariri, ħarsien u meżżi ta’ għajxein fis-Sirja u dawk il-pajjiżi li għandhom ir-refuġjati. Is-sena l-oħra, il-fergħat tal-Caritas bagħtet għajnuna lil madwar 1.3 miljun ruħ. Caritas qed tħeġġeġ biex issir pressjoni fuq il-gvernijiet madwar id-dnja biex ikun żgurat biex in-naħat kollha mdaħħla fil-ġlied jingħaqdu biex tinstab soluzzjoni paċifika, li l-appoġġ mogħti lil miljuni ta’ nies affettwati mill-gwerra u lis-Sirjani ġewwa jew barra l-pajjiż jingħataw tama u dinjità.

Għal dan il-għan, il-Caritas qed tniedi webiste ġdid – syria.caritas.org – biex tħeġġeġ l-iskop ta’ din il-kampanja, u fiha se jkun hemm biċċa arti mill-artisti Sirjan, Tammam Azzam, film animat fuq il-gwerra u sensiela ta’ ritratti u xiedha ta’ Sirjani li baqgħu fil-pajjiż jew ta’ refuġati li jgħix f’pajjiżi ġirien jew il-bogħod.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading