Arċisqof Charles J. Scicluna. 2018, Avviżi

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul April 2018


Tħabbret il-lista taċ-Ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jmexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar t’April 2018.

393124-740xNone

Il‑Ħadd 1 ta’ April 2018, fl‑10:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

L‑Erbgħa 4 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor, iż‑Żejtun. Il‑pellegrinaġġ jitlaq mill‑Kappella ta’ San Klement. Wara waqfa fil‑Knisja Parrokkjali, il‑pellegrinaġġ ikompli għall‑Knisja ta’ San Girgor fejn issir Quddiesa. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jikkonsagra s‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħamis 5 ta’ April, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑festa ta’ San Vinċenz Ferrer, fil‑Conservatorio Vincenzo Bugeja, Santa Venera.

Is‑Sibt 7 ta’ April, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Ordinazzjoni Presbiterali, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, li fiha żewġ djakni djoċesani u seba’ reliġjuzi jiġu ordnati saċerdoti. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il‑Ħadd 8 ta’ April, Festa tal‑Ħniena Divina, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Katidral tal‑Imdina, organizzata mill‑Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II f’għeluq it‑18‑il anniversarju mit‑twaqqif tal‑festa tal‑Ħniena Divina u l‑40 anniversarju minn meta nħatar Papa il‑Qaddis Ġwanni Pawlu II. Il‑Quddiesa ser tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta u fuq TVM 2. F’12:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament mal‑impjegati tal‑Isptar Mater Dei, fil‑Kappella tal‑istess sptar. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑festa tal‑Ħniena Divina, fis‑Santwarju Ħniena Divina, San Pawl Tat‑Tarġa.

L‑Erbgħa 11 ta’ April, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Charles Cini bħala l‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa San Publiju, il‑Furjana.

Is‑Sibt 14 ta’ April, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa biex jagħlaq il‑festival għaż‑żgħażagħ ‘Encounter’, organizzat mill‑Malta Catholic Youth Network (MCYN) fil‑Park Nazzjonali, Ta’ Qali.

Il‑Ħadd 15 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Publiju, il‑Furjana. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Ewkarist Zammit bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa San Bastjan, Ħal Qormi.

It‑Tnejn 16 ta’ April, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jirċievi l‑wegħda taċ‑ċelibat ta’ erba’ seminaristi li ser jiġu ordnati djakni, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

Il‑Ħadd 22 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Ordinazzjoni Djakonali, fil‑Katidral tal‑Imdina, li fiha erba’ seminaristi jiġu ordnati djakni. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

It‑Tnejn 23 ta’ April, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt il‑Konferenza Ewropea tas‑Sant’Infanzja, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

It‑Tlieta 24 ta’ April, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑uffiċini tal‑Kamra tal‑Kummerċ, il‑Belt Valletta, f’għeluq il‑170 anniversarju mit‑twaqqif tagħha.

Il‑Ħadd 29 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa. Qabel il‑Quddiesa, Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Kan. Dun Karm Busuttil bħala l‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa San Lawrenz, il‑Birgu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s