L-ekonomija ma tistax tibqa’ tfittex kif iżżid il-profitti billi tnaqqas il-ħaddiema u tkabbar dejjem aktar in-numru ta’ nies esklużi u batuti.
Trid timxi fuq l-eżempju ta’ dawk is-sidien, industrijalisti, politiċi, imsieħba soċjali u mexxejja fis-soċjetá li jqiegħdu l-ewwel u qabel kollox il-bniedem, biex jiżguraw opportunitajiet ta’ xogħol dinjituż għal kulħadd.
Ejjew ngħollu leħenna ilkoll flimkien, u nitolbu li l-ekonomisti jkollhom il-kuraġġ iwarrbu l-ekonomija li teskludi u jagħrfu jiftħu toroq ġodda.
Ara l-fehma tal-Papa Franġisku għat-talb matul April 2018 … http://www.laikos.org/Papa_Frangisku-Fehma.htm