L-Evanġelju tat-Tnejn 2 ta April 2018

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 28, 8-15

Li tmur iċ-ċimiterju u ssib qabar, li kont qe dtistenna li se jkun mimli bil-fdalijiet ta’ xi ħadd għażiż u ssibu miftuħ u vojt mhix l-isbaħ esperjenza li tista’ tgħaddi minnha.

In-nisa marru għaddew minn din l-esperjenza, tal-biża kmieni kmieni, u beżgħu mhux ftit. Il-biża tagħhom kien ġej mill-fatt li dawn mhux ħwejjeġ li soltu jiġru. Meta kienu ħasbu li spiċċa kollox, indunaw li ma kien sġiċċa xejn. Inkwiet fuq ieħor, dubju fuq ieħor.

Wara d-diżappunt tas-salib u d-difna ta’ malajr, dan kien jonqos, id-diżappunt li l-unika rabta li kellhom ma’ Ġesù, il-fdlaijiet tiegħu, ma kienux iktar hemm. Setgħu serquh, setgħu għamlu vendikazzjoni u ddesakraw anke lil ġismu mejjet, seta’ kellu raġun u qam mill-imwiet kif kien qal. Minn hemm il-biża u l-hena. Id-dubju jnissel ħafna emozzjonijiet kontra xulxin. Kien dubju li ma setgħux iżommu għalihom u ddeċidew li jmorru u jirrappurtaw b’kollox lid-dixxipli.

Iżda dak li marru jfitxxu mejjet, iltaqgħu miegħu ħaj u jsolvilhom id-dubji tagħhom bis-sliem tiegħu. Sliem li jurihom li issa se jibdew mill-ġdid, mill-Gallilja fejn beda kollox. Hemm sejħa ġdida u sejħa mġedda. Se tibda ħajja ġdida mibnija fuq l-ewwel sejħat, l-ewwel entużjażmu, l-ewwel esperjenzi flimkien, l-art tas-sinjali u l-għeġubijiet, l-art tal-kelma li tinżel u ssib art tajba. Din l-art issa se tibda tagħti l-frott.

Il-qabar vojt inissel ukoll biża f’dak li fittxew u sabu l-mewt ta’ Ġesù. Iżda dan ma kienx biża li ġej minn dubju. Jidher li kien ġej minn biża li ġej minn ċertezza. Kellu raġun u issa il-qer tagħna se jinkixef u l-gwaj se jiżdied. Il-biża tagħhom ġej mill-qerq u mill-intenzjoni ħażina tagħhom, mill-pjanijiet qarrieqa u t-twettiq tagħhom, mill-manipulazzjoni tal-ħsibijiet u l-idejat u l-emozzjonijiet ta’ min kien afdat f’idejhom biex jgħarrfuh bil-miġja ta’ dak li Alla kien wiegħed u li kulħadd kien qed jistenna. Iżda ma ltqagħux miegħu u ma rċevewx is-sliem mingħandu.

F’qalbhom ma nżergħetx l-hena izda kompli jaħkem il-qerq; qerq li ġab qerq, ħażen li biex jgħix irid jikkorrompi bie xisieħeb miegħu lil ħaddieħor fil-qerq u fiż-żriegħ tal-gidba; gidba li għada magħan sallum. Ma jiċħdux għax jafu li jekk jiċħdu se jsibu xhieda kontriehom, iżd ajippruvav jiskreditaw lix-xhieda u jgħadduhom bħala qarrieqa u ħallelin. L-ispiżjar milli jkollu jtik. U min jgħix bil-ħażen, ħażen jgħati; min iqarraq, qerq hu l-frott tiegħu, u min għandu l-ħila bik jikkundanna lil ħaddieħor, mhux se jsibha bi tqila biex jikkundanna lilek ukoll. Ma jħobbokx iżda jinqeda bik u x’ħin ma taqdihx iżjed, idur kontra tiegħek.

San Mattew kiteb dan il-kliem fl-ewwel seklu u jgħid li l-qerq tagħhom kien wasal bħala verità sa żmienu. Iżda aħna nafu qerq bħal tagħhom għadu magħna sallum.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading