Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Awwissu 2018

Print Friendly, PDF & Email

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Awwissu 2018.Il-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu, fis-7:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi velja ta’ talb fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, bi tħejjija għall-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea-Curmi, Isqof Awżiljarju Elett. Il-velja ser tixxandar ‘live’ fuq il-Youtube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Is-Sibt 4 ta’ Awwissu, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l-Ordinazzjoni Episkopali lill-Mons. Joseph Galea-Curmi, Isqof Awżiljarju Elett, fil-Katidral ta’ San Pawl l-Imdina. L-Isqfijiet Koordinanti ser ikunu l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawl Cremona O.P., u l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM2 u fuq il-Youtube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Il-Ħadd 5 ta’ Awwissu, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Duminku fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il-Belt Valletta. Fis-6:30p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni u l-Ewwel Għasar, lejlet il-festa tas-Salvatur, fil-parroċċa ta’ Ħal Lija.

It-Tnejn 6 ta’ Awwissu, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa tas-Salvatur, fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Lija.

Il-Ġimgħa 10 ta’ Awwissu, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jikkonsagra l-artal fil-Bażilika Minuri, il-Mosta.

It-Tnejn 13 ta’ Awwissu, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-aħħar jum tat-tridu fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija, il-Qrendi.

It-Tlieta 14 ta’ Awwissu, fis-7:00 p.m., lejlet il-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni u l-Ewwel Għasar, fil-Katidral ta’ San Pawl l-Imdina.

L-Erbgħa 15 ta’ Awwissu, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, fil-Bażilika Minuri, il-Mosta.

Il-Ħadd 19 ta’ Awwissu, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, fil-knisja parrokkjali tal-Imġarr. Fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiġi akkumpanjat mill-Kapitlu tal-Kolleġjata Elenjana fir-repożizzjoni tar-relikwa ta’ Santa Liena u wara jagħti l-Barka Sagramentali fil-Bażilika ta’ Santa Liena, Birkirkara.

Il-Ħadd 26 ta’ Awwissu, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Bartilmew, f’Ħal Għargħur.

Il-Ħamis 30 ta’ Awwissu, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar qabel il-ħruġ tal-vara min-niċċa.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading