L-Evanġelju tal-Erbgħa 1 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 13, 44-46

X’ma jagħmilx il-bniedem li jiskopri l-valur ta’ dak li jista’ jikseb! Imma l-ewwel jeħtieġ jagħaraf il-valur. Normalment jagħaraf il-valur ta’ xi ħaġa meta jkun tilifha, li hija tassew ħasra.

Ġesù jipprova jiftaħ għajnejn id-dixxipli dwar il-qliegħ kbir li hemm meta wieħed jagħraf minn qabel il-valur ta’ dak li jista’ jikseb, u jagħmel minn kollox biex jakkwistah. Min jagħaraf dan il-qliegħ jifraħ anke qabel jakkwistah u jimtela bl-entużjażmu.

Il-ksib tas-Saltna ta’ Alla huwa l-uniku qliegħ veru li l-bnedem jista jkollu għax mhix marbuta ma’ dak li jitherra jew jintemm imma ma’ dak li jibqa’ għal dejjem.

Il-Kelma li jwassal Ġesù hija l-indikazzjoni ta’ dak li jista’ jinkiseb, imma ma jinkisibx bix-xejn, jinkiseb billi jitwarrab kollox, dak lkollu li jitherra u jintemm, biex ikun hemm libertà ta’ għażla vera. Dan inissel il-ferħ.

Min jaħseb li ħataf is-Saltna ta’ Alla bil-gdiedem u l-qrid, sejjer imqarraq, u probabilment kiseb kollox minbarra dak li hu tassew ta’ Alla. Alla ma jdendilx gdiedem; fih m’hemmx il-biki u t-tgħażżiż tas-snien, imma hemm il-hena u l-ferħ u l-entużjażmu u t-tama.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.