L-Isqof Joe Galea Curmi f’laqgħa ma’ missjunarji Maltin


L-Erbgħa 1 ta’ Awwissu 2018: L-Isqof Awziljarju Elett, Mons. Joseph Galea-Curmi, ltaqa’ ma’ missjunarji Maltin imxerrda mad-dinja u li bhalissa jinsabu Malta ghal btala. Ghal-laqgha li saret f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta, attendew sacerdoti Maltin li qed jaghmlu hidma missjunarja fl-Awstralja u fil-Pakistan, u sorijiet li qeghdin f’Gaza, il-Brazil, il-Pakistan, l-Ukrajna u l-Indja. Attendew ukoll soci tal-M.U.S.E.U.M. missjunarji f’Kuba, Londra u l-Albanija.

curia_01.jpgFil-messagg tieghu, Mons. Galea-Curmi rringrazzja lill-Kummissjoni Emigranti fi hdan il-Knisja f’Malta u lill-missjunarji tal-hidma taghhom li qed ipoggu fil-prattika kliem il-Papa Frangisku: li nkunu Knisja li tohrog u tmur ghand dawk li jinsabu fil-periferiji tas-socjetà u Knisja bil-bibien taghha miftuha li tilqa’ lil kulhadd. Huwa rringrazzja wkoll lil MISSIO Malta (l-Opri Missjunarji Pontifiċji) tal-ghajnuna li jaghti lill-missjunarji Maltin.

Din il-laqgha giet organizzata mill-Kummissjoni Emigranti flimkien mal-Ufficcju Missjunarju. Il-laqgha mas-sacerdoti, religjuzi u lajci Maltin ilha ssir ghal aktar minn 50 sena b’apprezzament ghall-hidma li jwettqu fl-artijiet tal-missjoni barra minn Malta.

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.