Il-Papa jwissi dwar katastrofi umanitarja fis-Sirja

Il-Ħadd 2 ta’ Settembru 2018: Illum wara t-talba tal-Angelus il-Papa Franġisku reġa’ tkellem dwar is-Sirja.  Huwa qal, “Din ta’ niket kbir: qed jonfħu rjieħ tal-gwerra u qed jaslu aħbarijiet ta’ nkwiet dwar ir-riskju possibbli ta’ katastrofi umanitarja fil-maħbuba Sirja, fil-provinċja ta’ Idlib. Inġedded l-appell minn qiegħ qalbi biex il-komunità internazzjonali u kull min għandu x’jaqsam jużaw l-istrumenti tad-diplomazija, tad-djalogu u tan-negozjati, bir-rispett lejn id-Dritt umanitarju internazzjonali u biex jitħarsu l-ħajjiet tan-nies ċivili.”

Ara diskors kollu tal-Papa Franġisku waqt l-Angelus …