SOLENNITA TAL-QADDISIN APPOSTLI PIETRU U PAWLU
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika Vatikana – L-Erbgħa, 29 ta’ Ġunju 1983
“Wieġeb Xmun Pietru: Inti Kristu,l-Iben ta’Alla l-ħaj” (Mt 16, 16).
1. Għeżież ħuti! Din l-istqarrija ta’ fidi miftuħa, ippronunzjata mill-Appostlu Xmun Pietru f’isem it-tnax, tipprovdi l-marka speċifika tagħha lill-festività tallum, li fiha niċċelebraw t-tifkira beata tal-Qaddisin Pietru u Pawlu. Iva, Pawlu ta’ Tarsu huwa wkoll akkuminat mas-sajjied ta’ Betsajda fl-istess fidi kristoloġika; infatti huwa jikteb: “Dak li . . . sejjaħli bil-grazzja tiegħu għoġbu jirrivelali lil Ibnu biex inħabbru fost il-ġnus” (Gal 1, 15-16).
Mela, aħna wkoll, illum, irridu nagħmlu tagħna u ntennu l-istess stqarrija, li sa minn dak il-jum imbiegħed fl-inħawi ta’ Ċesarea ta’ Filippu ilha tidwi diġa għal żewġ millennji: “Inti Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj!” Dan ngħiduh għal dak Ġesù ta’ Nażżaret, Verb Inkarnat tal-Missier, li għex u miet għall-imħabba tal-bniedem, b’ubbidjenza totali lejn Alla.. Dan ngħiduh għalih bil-qalb kollha, ladarba hu, ir-Redentur tagħna, huwa l-uniku kenn ta’ tali proklamazzjoni: huwa hu Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj. U dan ngħiduh ilkoll flimkien hawn preżenti, ħuti fl-Episkopat, fidili ta’ Ruma u ta’ partijiet differenti tad-dinja miġbura fil-Belt Eterna għas-Sena Mqaddsa. U waqt li nagħmlu hekk, aħna magħqudin fil-fidi tal-Knejjes meqjuma Orjentali, li l-Patriarkat ekumeniku tagħhom ta’ Kostantinopli huwa hawn rappreżentat mill-Metroplita ta’ Kalċedonja u dekan tas-Sinodu Mqaddes, Melitone, li lilu nsellem b’imħabba fraterna. Dawk kollha li huma nsara jingħarfu f’dan il-kliem ta’ Xmun Pietru, li jikkwalifikaw u jeżaltaw lill-Mulej komuni tagħhom. Ladarba Ġesù Kristu huwa ‘l fuq minna lkoll, u b’xi mod, ‘il hemm minn kull firda storika xejn sabiħa, insibu mill-ġdid fih l-għaqda superjuri u l-iktar profonda tagħna.
2. Tistqarr lil Ġesù bħala “Kristu” jfisser li tagħraf u taċċetta l-funzjoni tiegħu ta’ Messija. Dan huwa titolu li jqegħdu f’rapport partikolari mal-istorja, kemm ta’ Iżrael kif ukoll tal-umanità kollha, għaliex huwa jwettaq l-istenniji, jeħles it-tensjonijiet, f’kelma waħda jikkostitwixxi l-iskop. Huwa hu dak li kellu jiġi (cf. Mt 11, 3); la darba hekk, huwa :se jergà lura” (At 1, 11). Infatti, skond il-Viżjunarju tal-Apokalissi, huwa hu “l-Ewwel u l-Aħħar u l-Ħaj” (Ap 1, 17-18). Għalhekk meta ngħidu: “Inti Kristu”, mhux biss inqegħdu lil Ġesù ‘il fuq mill-istorja umana, imma b’mod speċjali nxandru r-relazzjoni tiegħu nkomparabbli bl-iżvilupp ta’ kuljum u sekulari tal-istess storja umana fuq din id-dinja; tagħha, minbarra li jkun involut, jikkostitwixxi id-dinamiżmu sigriet, hu s-soluzzjoni tal-inkwiet kollu tagħha, il-rifuġju sikur ta’ kull vagabondar inċert tagħha. Lil kull bniedem, għalhekk, kif seħħ għax-xwejjaħ Simeone li kien jistenna il-konfort ta’ Iżrael, aħna nawguraw fit-talb li ma jarax il-mewt “bla ma jkun ra il-Messija tal-Mulej” (Lq 2, 26), u li kull wieħed ikun jistà jgħid b’eżultanza interna, bħal Indri: “Sibna l-Messija” (Ġw 1, 41).
Fl-istess ħin, flimkien ma’ Pietru, aħna nistqarruh: Iben Alla l-ħaj”. U dan it-titlu iqegħdu f’rapport speċjalissmu ma’ Alla stess, li hu ħafna u ħafna drabi sejjaħ “Missier” anzi “Missieri” (cf., Ex. gr, Mt 11, 25-27). Infatti Alla bagħtu bħala sinjal ta’ mħabbtu għad-dinja (cf. Ġw 3, 16); u hu ma kellu ebda ikel ieħor x’jagħmrl għajr ir-rieda tiegħu (cf. Ġw 4, 31),billi jipproklama lilu nnifsu “ħaġa waħda” miegħu (cf. Ġw 10, 30). Tassew, f’Ġesù, “Alla huwa magħna” (Mt 1, 23), billi Alla huwa hu stess. Għalhekk meta ngħidu: “Inti Iben Alla l-ħaj”, inkunu qegħdin nagħrfu f’Ġesù mhux biss lil dak li jagħti sens lill-istorja, imma wkoll lil dak li essenzjalment jissuperaha, għaliex l-esseri tiegħu l-iktar profond huwa rriduċibbli għaliha. Huwa infatti jieħu sehem tad-divinità, u propju minħabba dan jiftħilna tieqa fuq il-misteru bla tarf ta’ komunjoni, li jikkaratterizza l-ħajja divina u li, min-naħa tagħna, tistà biss tkun oġġett ta’ komtemplazzjoni u ta’ adorazzjoni.
3. Dawn il-ħwejjeġ kollha, Pietru stqarr f’Ċesarea ta’ Filippu, meta Ġesù staqsa lit-tnax: “Intom min tgħidu li jien?” U, miksuba t-tweġiba, Ġesù sejjaħlu “beatu” minħabba l-oriġni mhux umana tat-tweġiba tiegħu, B’mod partikulari, Mattew iġib diversi kliem ta’ investitura, li bihom il-Mulej, waqt li jattribwixxi lil Xmun il-laqam ta’ “ġebla-blata”, rabatlu b’mod inseparabbli l-funzjoni u d-destin tal-istruttura tal-Knisja u tal-ġrajja soprannaturali u fl-istess ħin storika. Għall-istqarrija tiegħu ta’ fidi, Xmun sar il-blata tas-sies li fuqha Kristu jibni b’mod perpetwu l-Knisja tiegħu,u hekk isir punt ta’ sosten u ta’ għaqda tal-linji ta’ qawwa kollha li jibnu minn ġewwa l-komunità nisranija; fl-istess ħin, irċieva r-responsabiltà li “jorbot u jħoll”, jiġifieri li jippreċiża b’deċiżjoni matura dak li jikkonċerna jew le lill-identità tal-Knisja, li bdanakollu tibqà dejjem “ta’ Kristu” (Rm 16, 16; cf. Gal 1, 22; Ef 1, 22-23; 5, 25). Dan huwa servizz mogħti mill-Mulej, kif jesprimi l-Appostlu Pawlu, “biex jibni u mhux biex jeqred” (2 Kor 13, 10; cf. 10, 8), b’mod konformi mal-kliem l-ieħir ippronunċjat mill-Mulej fil-waqt tal-Aħħar Ċena: “Xmun, Xmun . . . jiena tlabt għalik, biex il-fidi tiegħek ma tiġix nieqsa; u int . . . wettaq lil ħutek” (Lq 22, 31-32).
Dan il-ministeru petrin ikompli llum b’mod partikulai fejn tidħol is-Sedja episkopali ta’ Ruma, fejn Pietru ta x-xhieda suprema tiegħu (cf. Clemente Romano, Epist. I ad Corinthios, 5,4). U l-unjoni ta’ fidi u tbatija hija tipika tiegħu. Diġa f’Ġerusalem, skont dak li smajna fl-ewwel qari bibbliku, Pietru kellu jbati l-ħabs iebes, waqt li l-Knisja kienet titlob bla taqtà għalih (cf. At 12, 5). U, fi tmiem ħajtu, minkejja ċ-ċaħdiet antiki u ppurifikati tiegħu, setà jgħid flimkien ma’ Pawlu, kif qalilna t-tieni qari tallum: “Iġġelidt il-ġlieda t-tajba, temmejt il-ġirja, żammejt il-fidi” (2 Tm 4, 7). B’dan il-mod, iż-żewġ Appostli glorjużi huma magħquda fl-istess, stqarrija ċara u qawwija ta’ fidi, u wkoll fid-destin ta’ xhieda nkrollabbli sal-martirju, iffaċċjat b’disponibiltà għalih, li fih biss huwa mogħti lill-bnedmin taħt is-sema li jkunu salvati (cf. At 4, 12).
4. Matul din iċ-ċelebrazzjoni, din is-sena se jseħħ it-tberik u l-impożizzjoni tal-palji lil xi Isqfijiet, innominati reċentement. Il-kollazzjoni tal-palji, qrib il-qabar ta’ Pietru u b’idejn is-suċċessur tiegħu, dejjem kienet meqjusa fl-istorja ta’ dan l-att liturġiku bħala sehem tal-“pasce oves meas” migħud minn Ġesù lil Pietru (cf. Duchesne, Origines du culte chrétien, p. 386). Il-fatt li l-Isqof ta’ Ruma,minn żminijiet sekulari, jkun mogħti li jwettaq tali ġest u li llum iwettqu fil-kuntest ta’ ċelebrazzjoni liturġika sollenni, ifisser li l-palju lilkom mogħti, għeżież ħuti fl-Episkopat, huwa simbolu ta’ komunjoni pprivileġġjata mas-suċċessur ta’ Pietru, prinċipju u sies viżibbli ta’ għaqda fil-qasam tad-duttrina, tad-dixxiplina, tal-pastorali. Il-palju jfisser impenn ikbar ta’ mħabba għal Kristu u għall-erwieħ. Tali mħabba għall-merħla ta’ Kristu, ragħaj u għassies ta’ rwieħna (cf. 1 Pt 2, 25), tgħinkom biex tiżvolġu l-ministeru ta’ servizz tagħkom. Id-duttrina li se tipproponu se tkun fertili, jekk tkun mitmugħa bl-imħabba. U din hija wkoll il-wegħda tiegħi, għalikom, għeżież ħuti, skont l-awgurju espress minn formuli qodma: “Sit vobis honor pallii ornamentum animae, et unde advenit fastigium visibile, inde florescat amor invisibilis” (Pontificale Romanum-Germanicum, saeculi X).
U ssostnikom l-interċessjoni tal-Qaddisin Pietru u Pawlu, li tagħhom qegħdin niċċelebraw it-tifkira b’sollennità partikulari f’din is-Sena Ġubilari tar-Redenzjoni, li fiha l-pellegrini li jiġu Ruma għall-akkwist tal-Ġublew iħobbu jżuru u jitolbu b’mod speċjali ħdejn l-oqbra tal-ikbar żewġ Appostli. Dawn huma l-Appostli li aħna, bħala l-ewwel pellegrini, insejħu Beati: minħabba s-sejħa diretta min-naħa tal-Mulej Ġesù; għal ħajjithom ta’ ministeru apostoliku ġeneruż u fertili; għal predikazzjoni mdawla tagħhom, li għadha u dejjem titmagħna; għas-sagrifiċċju aħħari tagħhom, li ssiġilla b’mod meraviljuż eżistenza kollha kkonsagrata lill-Mulej, lill-Vanġelu u lill-komunitajiet insara minnhom imwaqqfa.
U aħna, “mibnija fuq is-sies tal-Appostli” (Ef 2, 20), anzi ta’ tali Appostli, ejjew niżżu ħajr lill-Mulej sabiex juri ruħu kbir fil-qaddisin tiegħu, u ejjew nilqgħu b’ferħ u umiltà l-istedina Aġjografu (Kittieb Sagru): Quorum intuentes exitum conversationis imitamini fidem (Eb 13, 7). Hekk ikun!
Tislima lill-fidili preżenti
Qabel ma nagħti l- barka, nixtieq nindirizza t-tislima tiegġi lil dawk kollha preżenti, ġejjin minn Nazzjonijiet differenti:
En adressant un salut cordial aux pèlerins de langue française, je leur souhaite de puiser dans l’émouvante célébration de ce jour, comme dans leur démarche jubilaire de l’Année Sainte, le courage et la joie de vivre et de rayonner les exigences de l’Evangile du Christ, là où se déploie leur vie quotidienne. Que les saints Apôtres Pierre et Paul leur soient en aide!
* * *
To all the English speaking pilgrims who have gathered here at the tomb of the Apostle Peter I offer my greetings of grace and peace. I welcome in particular the members of the Catholic Physicians Guilds, led by Archbishop Elko, who are on their way to Lourdes. Greetings also to the pilgrim groups from Nigeria, Indonesia and Uganda. I pray that all of you will be strengthened in your faith in Jesus Christ the Son of the living God.
* * *
Sehr herzlich grüße ich auch die deutschsprachigen Pilger am heutigen Fest der hl. Apostel Petrus und Paulus. ”Du bist Christus, der Sohn des lebendigen Gottes“. Durch dieses Christusbekenntnis ist Petrus zum Fels der Kirche und auch unseres Glaubens geworden. Bekennen auch wir Christus mit dem Mut des Völkerapostels Paulus vor den Menschen unserer Zeit!
* * *
Al saludaros cordialmente, peregrinos de lengua española que habéis asistido a esta ceremonia religiosa en la festividad de los Apóstoles Pedro y Pablo, os invito a tratar de reflejar fielmente en vuestra vida diaria la fe cristiana que ellos nos transmitieron como legado permanente. Así os sentiréis de veras miembros de la Iglesia Una, Santa, Católica y Apostólica.
* * *
Un saludo particular al grupo procedente de Chile, que acompaña al nuevo Arzobispo de Concepción venido a Roma para la recepción del palio.
* * *
Waqt li nindirizza tislima kordjali lill-pellegrini ta’ lingwa Franċiża, nawgura lilhom biex jieħdu miċ-ċelebrazzjoni kommoventi tallum, kif ukoll mill-mixja ġubilari tas-Sena Mqaddsa, il-kuraġġ u l-ferħ tal-għixien u li jxerrdu l-esiġenzi tal-Vanġelu ta’ Kristu, hemm fejn tiżvolġi ħajjithom ta’ kuljum. Il-Qaddisin Pietru u Pawlu jkunulhom għajnuna!
Lill-pellegrini kollha ta’ lingwa Ingliża li nġabru hawn ħdejn il-qabar tal-Appostlu Pietru, nindirizza t-tislim tiegħi ta’ grazzja u ta’ paċi. Nagħti merħba b’mod speċjali lill-membri tal-assoċjazzjoni “Catholic Physicians Guilds”, immexxija mill-Arċisqof Elko, li huma fi triqthom lejn Lourdes. Insellem ukoll lill-gruppi ta’ pellegrini tan-Niġerja, tal-Indonesja, tal-Uganda. Nitlob sabiex intom ilkoll tkunu mqawwija fil-fidi tagħkom f’Ġesù Kristu l-Iben ta’ Alla l-ħaj.
B’qalbi kollha wkoll insellem lill-pellegrini tal-lingwa Tedeska fil-festività tallum tal-qaddisin appostli Pietru u Pawlu. “Int Kristu. L-Iben ta’ Alla l ħaj”. B’din l-istqarrija magħmula lil Kristu Pietru sar il-blata tal-Knisja u wkoll tal-fidi tagħna. Ejjew nixhdu aħna wkoll lil Kristu bil-kuraġġ tal-appostlu tal-ġnus Pawlu fost il-bnedmin ta’ żmienna!
Waqt li kordjalment insellem lilkom, pellegrini tal-lingwa Spanjola, li assistejtu għal din iċ-ċerimonja reliġjuża fil-festività tal-Appostli Pietru u Pawlu, nistedinkom biex tirriflettu fedelment f’ħajjitkom ta’ kuljum il-fidi nisranija li huma ttrrażmettewlna bħala don permanenti. Hekk tħossukom membri veri tal-Knisja waħda, qaddisa, kattolika u apostolika. Tislima partikulari lill-grupp ġej miċ-Ċili, li qed jakkumpanja lill-Arċisqof il-ġdid ta’ Assunzjon li ġie Ruma biex jirċievi l-Palju”.
* * *
Fost il-gruppi Taljani għal din iċ-ċelebrazzjoni, nixtieq nindirizza tislima speċjali lil dawk li jinsabu miġbura hawn minn Bologna, Firenze u Modena, jakkumpanjaw l-Arċisqfijiet ġodda tagħhom, li tajthom il-palju. Għeżież, inħeġġiġkom niex tikkorrispondu, b’ħajja nisranija dejjem iktar ġeneruża, għall-ansjetajiet pastorali tal-Prelati tagħkom, u waqt li nassikurakom b’imħabbti, imbierek bil-qalb lilkom u lill-komunità li tirrapreżentaw.
Miġjuba għall-Malti minn Emauel Zarb