Qegħdin fix-Xahar tal-Ħolqien

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa 7 ta’ Settembu 2018:  Matul ix-xahar ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru 2018, l-Insara madwar id-dinja jingħaqdu biex jitolbu u jħarsu d-dar komuni tagħna matul ix-Xahar tal-Ħolqien. It-tema għaċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena hi ‘Nimxu Flimkien’.

Ix-Xahar tal-Ħolqien hu mifrux fuq ħames ġimgħat, mill-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien (l-1 ta’ Settembru) sal-festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi (4 ta’ Ottubru), il-qaddis prottettur tal-animali u tal-ekoloġija.

Il-Papa Franġisku waqqaf iċ-ċelebrazzjoni għall-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien fl-2015 għall-Kattoliċi, ċelebrazzjoni annwali ta’ talb u attivitajiet biex nipproteġu l-ħolqien. Fil-messaġġ tiegħu għal din is-sena, il-Papa appella lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba biex jieħdu ħsieb il-ħolqien—rigal li ngħatalna b’xejn—inkabbruh u nipproteġuh għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Ikun tajjeb li qed kif qed nibdew tmiem il-ġimgħa ta’ festa ejjew naraw li aħna wkoll inqiegħdu fil-prattika dak li l-Papa tenna fil-messaġġ tiegħu. Nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna u l-baħar li jdawwarna. Meta mmorru nistrieħu f’xatt il-baħar ma nħallux skart warajna u qatt ma narmu plastic fil-baħar. Hekk nuru li aħna tassew Insara jekk nieħdu ħsieb ir-rigal tal-ħolqien li Alla ħalaq għalina.

Ara wkoll il-Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji ta’ Talb għall-għożża tal-ħolqien 2018.  Din is-sena huwa dwar il-ħarsien tal-ilma.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading