Il-Papa jgħid lill-ġenituri biex jikkollaboraw mal-iskola


Il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru 2018: Dalgħodu, fl-Awla Pawlu VI l-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ membri tal-Assoċjazzjoni Taljana tal-Ġenituri li qed tiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tagħha. Din l-għaqda tagħti sapport lill-ġenituri fl-impenn tagħhom għall-familja u l-edukazzjoni skont prinċipji etiċi nsara.

unnamed

Franġisku faħħarhom għax-xogħol li jagħmlu fejn tidħol l-edukazzjoni tal-ulied fl-iskola u nnota li għandu jkun hemm alleanza bejn id-dar u l-iskola. Iżda kultant din is-sħubija tkun mhedda bħal meta l-familja ma tapprezzax ix-xogħol li jsir mill-għalliema u meta l-iskejjel jidhrilhom li l-ġenituri qed jindaħlu żżejjed.

Biex dis-sistwazzjoni tinbidel, xi ħadd irid jagħmel l-ewwel pass, qal Franġisku, biex tidħol il-fiduċja. Huwa saħaq li mingħajr skejjel u għalliema, il-ġenituri jirriskjaw li jibqgħu iżolati f’dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni tal-ulied u b’hekk tonqsilhom il-ħila li jilqgħu l-isfidi li qed toffri l-kultura kontemporanja mis-soċjetà, mill-mezzi tal-massa u mit-teknoloġija l-ġdida.

Il-Papa Franġisku kkwota l-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu Amoris Laetitia, Il-Ferħ tal-Imħabba, u qal li l-iskola mhix sostitut tal-familja imma kumplimentari għaliha. Għalhekk, fl-edukazzjoni tal-iskola hemm bħonn tal-kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha tal-komunità edukattiva. Mingħajr komunikazzjoni frekwenti u mingħajr fiduċja reċiproka, ma nistgħux nibnu komunità u mingħajr komunità ma nistgħux nedukaw, osserva Franġisku.

Il-Papa rrakkonta storja minn tfulitu u qal li meta darba kien irrisponda lill-għalliema, ommu ssejħet l-iskola u ġagħalitu jitlob skuża. Franġisku kompla jgħid li għalih l-episodju kien inagħlaq hemm iżda ommu kellha ideat oħra x’ħin wasal lura d-dar!

Il-qdusija Tiegħu ikkummenta wkoll li hu dmir tal-Knisja li tgħin ħalli l-familji ma jħossuhomx iżolati fil-proċess edukattiv u żied jgħid li l-komunità ekkleżjali hija mkien fejn il-ġenituri jistgħu jirrikorru biex isibu s-sapport u l-fiduċja.

Franġisku temm jgħid lill-miġemgħa tal-ġenituri li t-tfal huma l-akbar rigal, u l-aktar prezzjuż li għandhom u huwa dmir tagħhom li jkunu ġenerużi biex jgħinu lil uliedhom jissaħħu fil-fidi u fil-karattru.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.