Aqsam l-ikla tal-Milied ma’ familja Kristjana refuġjata

Print Friendly, PDF & Email

L-Erbgħa, 12 ta’ Diċembru 2018: Aqsam l-ikla tal-Milied ma’ familja Kristjana refuġjata

unnamedIl-Milied huwa żmien ta’ ferħ, ta’ rigali u mumenti ċċelebrati ma’ ħbieb, familjari u maħbubin. Hija barka li tkun tista’ tgawdi l-ġid kollu li jġib miegħu dan iż-żmien, imma x’ser isir minn dawk ħutna li ma jistgħux jiċċelebraw il-Milied bħalna? Ħafna huma foqra, spostati, morda jew għandhom bżonnijiet speċjali.

Dan il-Milied, l-Aid to the Church in Need (Malta) qed tistieden lill-familji f’Malta u Għawdex biex jaqsmu l-ikla tal-Milied ma’ membri ta’ familja Kristjana li tilfu kollox meta ħarbu minn darhom fis-Sirja biex jeħilsu mit-terroristi tal-ISIS.

Għall-grazzja ta’ Alla ma teżistiex distanza u mhijiex marbuta b’limiti ġeografiċi. Jekk tixtieq tieħu sehem f’din il-kampanja, inti mhux ser tkun qiegħed tistieden fiżikament familja f’darek.

B’mod simboliku, matul l-ikla tal-Milied, tista’ tħalli siġġu vojt madwar il-mejda u toffri donazzjoni bl-ammont ta’ kemm tonfoq għal persuna għal ikla d-dar jew f’restaruant.

Mill-11.8 miljun persuna spostata fis-Sirja, hemm 127,185 familja Kristjana refuġjata u miljun tifel u tifla orfni tal-gwerra. Li ngħinu lil dawn il-familji u tfal waqt li qed jgħaddu mit-tbatija kawża tal-gwerra u li jkomplu jissaħħu fil-fidi tagħhom hija l-prijorità ewlenija tagħna.

Bl-għajnuna tiegħek dan il-Milied, l-Aid to the Churchi in Need qed tipprovdi lill-familji refuġjati b’affarijiet li jkollhom bżonn b’urġenza fosthom pakketti tal-ikel li jkun fihom ross, laħam, żejt tat-tisjir, qamħ u affarijiet bżonnjużi oħra.

L-Aid to the Church in Need ipproponiet ukoll li tgħin mas-16,000 tifel u tifla minn madwar is-Sirja billi tirregalalhom pakketti tal-Milied li ser ikun fihom ikel, ftit ħelu, ħwejjeġ għax-xitwa, żraben u ġugarelli.

L-offerta tiegħek ser tferraħ kemm lill-familji kif ukoll lit-tfal u hekk infakkruhom li mhumiex minsija mill-Maltin, Għawdxin, Kristjani u nies ta’ rieda tajba madwar id-dinja, speċjalment f’dan iż-żmien tal-Milied.

Aqsam imħabbtek ma’ dawn il-familji – agħtihom rigal tal-Milied li ma jinsew qatt!

Biex toffri donazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat cheque indirizzat lil ACN (Malta) u fuq l-envelopp ikteb “Ikla tal-Milied” u jekk jogħġbok ibgħatu lil: ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038.

Tista’ wkoll toffri donazzjoni permezz tal-APS Bank Account No. 20001771733. Jekk jogħġbok ibgħat email bit-titlu “Ikla tal-Milied” u ibgħatha lil info@acnmalta.org biex hekk inkunu nafu għal xiex tixtieq toffri d-donazzjoni tiegħek.

Nawguraw lil kulħadd Milied Qaddis u sena ġdida mimlija risq u barka tal-Mulej.

Aid to the Church in Need is a Pontifical Foundation of the Catholic Church and registered in Malta Reg. No. LPF-212, as a Foundation regulated by the second schedule of the Civil Code Chapter (16) of the Laws of Malta.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading