Rużarju Mondovisione mal-Papa anke minn Ta’ Pinu

Print Friendly, PDF & Email

Kif ħabbarna diġà minn dan is-sit stess xi ġranet ilu, nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju fil-5.30pm il-Papa Franġisku ser imexxi Rużarju minn quddiem il-Grotta tal-Madonna ta’ Lourdes fil-Ġonna tal-Vatikan, u hi x-xewqa tiegħu li din l-inizjattiva tkun replikata fl-istess ħin fis-Santwarji Nazzjonali. Huwa għamel sejħa biex jingħad ir-Rużarju bħala talba biex il-Madonna tieqaf mad-dinja f’din l-imxija.

Ruzarju MondovisionePeress li f’dak il-jum u fl-istess ħinijiet il-Papa kellu jkun fis-Santwarju Ta’ Pinu, u kif nafu l-pellegrinaġġ tħassar minħabba l-Covid-19, l-istess Santwarju ġie mistieden flimkien ma’ santwarji Marjani ewlenin minn mad-dinja kollha biex jieħu sehem f’dan ir-Rużarju li ser ikun imxandar mondovisione. Mons. Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, ser ikun preżenti waqt din it-talba mill-istess Santwarju.

Din is-sena taħbat il-mitt sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla ta’ dan is-Santwarju, li nbena fuq il-Kappella mnejn il-Verġni Mbierka sejħet lil Karmni Grima u Franġisk Portelli.

Il-Public Broadcasting Services u ċ-Centro Televisivo Vaticano qed jikkollaboraw biex titwassal mad-dinja kollha din ix-xandira speċjali bil-kollegament ta’ natura universali.

Il-PBS, iċ-CTV u Radio Vaticana għandhom ftehim ta’ koperazzjoni awdjoviżiva li kien ġie ffirmat minn Padre Federico Lombardi sj bħala Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, u Tonio Portughese, Ċermen tal-Bord tal-PBS.

Is-sit Laikos ser ikun f’kollegament live mal-Vatikan biex iwassal ukoll din ix-xandira.  Klikkja hawn … http://www.laikos.org/tvl-vat-page.htm

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading