Il-Papa Franġisku f’Rużarju mas-Santwarji tad-dinja


Nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju, fil-5.30 ta’ filgħaxija, il-Papa Franġisku se jmexxi r-Rużarju, trasmess f’mondovisione mill-Grotta ta’ Lourdes, fil-Ġonna tal-Vatikan, bħala talba lill-Verġni Marija għall-fejqan mill-pandemija.

Knejjes u Santwarji Marjani qed jiġu mistiedna biex jieħdu sehem f’dan ir-Rużarju. Għalkemm ħafna minn dawn kellhom iwaqqfu l-attivitajiet normali tagħhom u l-pellegrinaġġi minħabba l-pandemija, imma permezz tal-mezzi tal-media jkunu jistgħu  jissieħbu u jħajjru l-parruċċani tagħhom jissieħbu huma wkoll.

Inti tkun tista’ tissieħeb inti wkoll f’din it-talba mmexxija mill-Papa Franġisku minn din il-paġna stess.  Tista’ wkoll tidħol f’din il-paġna tal-Laikos li titrażmenti regolarment il-funzjonijiet kollha li jkunu trażmessi mill-Vatikan …

http://www.laikos.org/tvl-vat-page.htm

 

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.