Maqtul mexxej ta’ kongregazzjoni Nisranija fl-Uganda

Print Friendly, PDF & Email

Musulmani estremisti joqtlu mexxej ta’ kongregazzjoni Nisranija wara li kkompara l-Kristjaneżmu mal-Iżlam waqt xandira fuq ir-radju.

Il-persekuzzjoni Nisranija fl-Uganda ġeneralment ma tkunx ġejja mill-gvern jew minn infurzar tal-liġi li ġieli naraw f’pajjiżi oħra. Minflok, individwi anti-Kristjani spiss jieħdu l-liġi b’idejhom biex ma jħallux l-Insara jxerrdu messaġġ Nisrani. L-iktar li jkunu fil-mira huma dawk li jikkonvertu għall-Kristjaneżmu. Uħud minnhom tilfu l-għeżież tagħhom, oħrajn il-propjeta, oħrajn jispiċċaw jinqatlu, u xi drabi jġiegħlu lil puluzija biex jaġixxu kontra l-Insara. Dan kollu jiġri minkejja l-fatt li l-Insara fl-Uganda jiffurmaw madwar 85% tal-popolazzjoni.

David Omara, 64 sena, mexxejtaċ-Ċentru tal-Knisja Nisranija, kif ukoll magħruf għall-priedki sbieħ li jagħmel fuq ir-radju, ġie msawwat u fgat wara li spiċċa xandira li għamel fuq ir-radju f’Aduku, fid-distrett ta’ Kwania. Ibnu Simon Okut li kien miegħu waqt li seħħ l-inċident qal hekk: “Immedjatament wara l-predikazzjoni tiegħu, xi ħadd ċempel lil missieri u qallu li apprezza l-preżentazzjoni li għamel. Imbagħad talbu biex jiltaqgħu x’imkien, fejn hu kien ser ikollu xi ħbieb miegħu. Tlaqna mill-istazzjoni tar-radju u kif wasalna fl-imsemmi post, ħarġu mill-arbuxxell sitt persuni lebsin ilbies Iżlamiku u bdew jifggħu u jsawtu lil missieri b’oġġetti li kellhom f’idhom”.

Waqt li kienu qed isawtuh, wieħed mill-aggressuri qal: “Dan ir-raġel għandu jmut talli uża l-Koran u qal li Allah mhux Alla, mma alla ħażin li jikkollabora mal-poteri sataniċi” Okut stqarr. “Waqt li kienu qed jattakkaw lil missieri, jien ħrabt biex insalva ħajti. Żewġt aggressuri ġrew warajja mma ma qabduniex”.

Ir-residenti tal-inħawi kienu xxukkjati u mdejqin bil-qtil, u l-membri tal-knisja beżgħu minn aktar vjolenza Iżlamika. Il-kostituzzjoni u l-liġijiet tal-Uganda jipprovdu għall-libertà reliġjuża, nkluż id-dritt li tippromwovi l-fidi tagħha u tikkonverti minn fidi għal oħra.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://christianpersecution.com/uganda/uganda-muslims-ambush-kill-pastor-after-he-compares-christianity-and-islam-in-radio-broadcast/

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading