Illum, il-Papa Franġisku, waqt l-Udjenza Ġenerali għamel referenza għar-Rapport McCarrick, li ġie rilaxxat ilbieraħ, u esprima l-qrubija tiegħu mal-vittmi kollha t’abbuż. Il-Papa stqarr: “li ħa jġedded l-impenn tal-Knisja biex jinqered dan il-ħażen”. Wara li ppronunċja dan il-kliem, il-Papa waqaf għal mument ta’ talb fis-skiet.
Ir-Rapport McCarrick, hu magħmul minn 461 paġna ta’ dokumenti u xhieda, u huwa investigazjoni eżawrjenti dwar l-għarfien u t-teħid ta’ deċiżjonijiet riġward Theodore McCarrick fil-karriera tiegħu bħala saċerdot, isqof u kardinal.
Ir-Rapport, ippubblikat mis-Segretarjat tal-Istat bil-mandat tal-Papa Franġisku, huwa riżultat ta’ proċess ta’ investigazzjoni li ħadu sentejn. Waqt li kien qed jitkellem dwar ir-rilaxx tar-Rapport, il-Kardinal Pietro Parolin qal li r-rapport “se jkollu wkoll effett f’dan ir-rigward: billi jagħmel lil dawk kollha nvoluti f’għażliet bħal dawn aktar konxji tal-piż tad-deċiżjonijiet jew l-ommissjonijiet tagħhom. Dawn huma paġni li jħeġġuna nirriflettu profondament, u waqt li nitgħallmu mill-esperjenzi koroh tal-passat, nistaqsu lilna nfusna x’nistgħu nagħmlu aktar fil-futur”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: