Ġwanni Pawlu II f’Curtiba fil-Brażil

Print Friendly, PDF & Email

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU GFIL-BRAŻIL. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II.

Curitiba, 6  ta’ Lulju 1980

Għeżież ħuti fl-Episkopat u fil-presbiterjat, għeżież uliedi, reliġjużi u lajċi.

1. Kif nistà niżżi ħajr lill-providenza divina li qiegħda tagħtini l-grazzja ta’ din il-laqgħa mal-popolazzjoni ta’ Curitiba u mal-pellegrini li ġew mill-Paranà kollha u mill-istat viċin ta’ Santa Caterina? Isservi bħala radd il-ħajr l-ewkaristija li ridtu tqiegħdu bħala ċentru tal-laqgħa, bħala ruħha u l-ispirazzjoni tagħha.

Issa, f’din l-ewkaristija, għadhom kemm dwew żewġ paġni mit-Testment il-Ġdid li Papa, suċċessur ta’ San Pietru, ma jistax jismà mingħajr  antiċipazzjoni, mingħajr ma terġà tinfetaħ fih, bħal ġerħa, il-kuxjenza taċ-ċokon tiegħu quddiem il-missjoni li rċieva – imma wkoll mingħajr fiduċja mġedda fih li jistà kollox (cf. Fil 4,13)

Paġna twassal l-episodju ta’ Ċesarea ta’ Filippu: l-istqarrija ċara ta’ Pietru (Inti l-Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj), li għaliha twieġeb l-istqarrija misterjuża ta’ Kristu (Inti Pietru u fuq din il-ġebla jiena se nibni l-Knisja tiegħii). Tul elfejn sena, 264 darba din l-istess kelma kienet ippronunzjata f’widnejn u fil-kuxjenza ta’ bniedem fraġli u midneb. 264 darba Pietru ġdid ġie mqiegħed maġemb l-ewwel wieħed biex ikun ġebla tas-sies tal-Knisja. 264 darba Pietru ġdid ġie mqiegħed maġemb l-ewwel wieħed biex ikun ġebla tas-sies tal-Knisja. L-aħħar fiż-żmien, hija lili li ġiet ripetuta l-wegħda ta’ Ċesarea ta’ Filippu, u hija fil-funzjoni ta’ Pietru li jien ninsab f’nofskom. B’liema messaġġ?

L-istess li joħroġ mill-paġna l-oħra moqrija f’din il-liturġija, Pietru, l-imħeġġeġ imma beżżiegħi, il-ħabib, ir-rinnegat, l-iddispjaċut, kien għadu kemm irċieva l-Ispirtu Santu. U bil-qawwa tal-Ispirtu jxandar lil Ġerusalem mimlija Pellegrini: “Dan il-bniedem li intom tajtu, biex sallabtuh, Alla qajmu mill-imwiet u ħatru Mulej” (cf. At 2,23-34.36). Dak kollu li Pietru kellu jgħid sal-aħħar stqarrija fuq l-għolja Vatikana, li tinkuruna dik ta’ Ċesarea ta’ Filippu, tirriduċi ruħha f’din is-sentenza. Dak kollu li għandu jgħid is-suċċessur ta’ Pietru huwa miġbur f’dan is-sempliċi kliem: “Alla ħatru Mulej”. Wara kollox, hija dik li jħoss il-Papa: id-dmir ħelu u urġenti li jxandar, minn kull fejn jgħaddi, bil-qawwa u biż-żelu ta’ min ixandar aħbar tajba.

2. Imma s-suċċessur ta’ Pietru jsib hawn issa titlu ġdid ta’ xebħ mal-imbiegħed u l-ewwel predeċessur tiegħu, f’dik il-predikazzjoni tiegħu murija fil-qari ta’ din il-liturġija. Dan L-Istat tal-Paranà, din il-belt ta’ Curitiba li fiha ninsab, jagħtu sewwa l-idea tal-Ġerusalem tal-għodwa tal-Pentekoste, minħabba l-varjetà ta’ razez immensa ta’ dawk li jisimgħu ix-xandir tal-bxara t-tajba ta’ Ġesù Kristu. Hemm, skont l-enumerazzjoni affaxxinanti tal-Atti tal-Appostli, Parti, Medi, Elamiti, abitanti tal-Mesopotamja, mill-Ġudea, mill-Kappadoċja, mill-Ponto u mill-Asja, mill-Frigia, mill-Panfilja u mill-Eġittu. Hawn imħalltin mill-art li laqgħethom, imma preżenti u jingħarfu b’xi mod fl-uċuh ta’ wliedhom, nepputijiet u pronepputijiet, Portugiżi, Taljani, Ukraini, Tedeski, Ġappuniżi, Rumeni, Spanjoli, Sirjani, Libaniżi – biex ma ngħidu xejn dwar dawk numerużi, li jġorru ġol-vini demm ugwali għal tiegħi, demm Pollakk.

Qabel sewwa ma mmaġinajt li niġi sa hawn u li pprevedejt din il-laqgħa, diġa kont naf dan l-aspett tal-Paranà, punt tal-wasla ta’ bosta kurrenti migratorji, punt tal-laqgħa ta’ aħwa li ġew minn angoli iktar imbegħda tad-dinja. F’dan il-fenomenu, li t-tikketta kiesħa ta’ “immigrazzjoni” tiddefenixxi b’mod tant fqajjar, hemm moħbija l-għana meraviljuża ta’ aspetti umani u – għaliex le – evanġeliċi.

3. L-ewwel fosthom, l-akkoljenza franka u ġeneruża li, hekk kif twieled għall-indipendenza politika, dan il-pajjiż beda biex joffri lill-popolazzjonijiet l-iktar differenti. Meta ċirkustanzi storiċi diffiċli ġabu fuq diversi pajjiżi tal-Ewropa l-ispettru tal-ġuħ, artijiet immensi tal-Brażil offrew ruħhom b’dirgħajhom disposti biex jikkultivawhom, imma fuq kollox patrija ġdida ingħatat lil min ġera lejha. Meta f’nazzjon l-eċċess tal-popolazzjoni jibda joħloq ċerti problem serji ta’ spazju vitali, il-Brażil kien jaf jiftaħ, b’estravaganza u intelliġenza, l-ispazji kważi llimitati tiegħu. Hemm arti fl-ilqugħ, hemm ċertu mod kif tirċievi: dawn huma ħwejjeg li huwa mpossibbli li tikkodifikahom fil-liġijiet u fin-normi tal-immigrazzjoni, imma li l-Brażil, grazzi għall-kwalitajiet ta’ niesu, għaraf u applika perfettament. Jeżistu pajjiżi li fihom l-assimilazzjoni u l-integrazzjoni tal-immigrant iseħħu b’naturalezza ugwali?

Għaliex b’naturalezza ikbar minn din mhix possibbli. Ma naħsibx li qatt rajt f’xi post ieħor l-immigrati u lil uliedhom u n-nepputijiet iħossuhom hekk entużjasti għall-art li laqgħet lilhom jew lil missijiethom, hekk “b’mod parrokkjali” marbutin mal-Brażil, fl-istess ħin li fih ma jirrinnegawx lil pajjiżhom tal-oriġni.

Irrid għalhekk, bħala iben ta’ Patrija li minnha ġew bosta wlied, nirrendi qima mill-qalb lill-ospitalità kbira u nkonfondibbli ta’ dan il-pajjiż.

4. U hawn hu issa t-tieni aspett. Milqugħ mingħajr riservi u linqas preġudizzji, l-immigrat ħallas lura minnufih l-ospitalità li rċieva. Dak li jkun msa jersaġerax jekk jgħid li l-Brażil modern, li diġa sab mod kif jara tħabbat il-vitalità fi Brasilia, f’Rio de Janeiro, f’ Belo Horizonte, São Paulo u Porto Alegre, u li issa nara tħabbat hawn, hija l-prodott ukoll tax-xogħol iebes, imma ħieles u ferrieħ ta’ mijiet ta’ eluf ta’ immigranti. Naħseb li flimkien ma’ São Paulo u ma’ Rio Grande do Sul, il- Paranà hija eżempju manifiku ta’ dan. U mhemmx dubju li l-operożità tal-immigranti, flimkien ma’ dik tal-Brażiljani ta’ żminijiet twal, setgħet biss tagħni b’sens ġdid il-progress tal-pajjiż. Ikun eċċessiv li nitkellmu dwar stampa profondament solidali u fraterna ta’ dan il-progress?

Ma rridx inħalli jgħaddi fis-skiet, waqt din l-Ewksaristija tribut ta’ mħabba lill-immigranti li jgħinu biex jibnu l-Paranà u l-Brażil. Il-miġja tagħhom hawn ma twettqitx dejjem b’mod pjaċevoli. Bosta drabi kienet storja ta’ tbatijiet u ta’ vessazzjonijiet dik ta’ kull familja u ta’ kull grupp li waslu hawn. Ma naqset ebda waħda minn dawk ix-xewkiet li normalment jakkumpanjaw il-ħruġ minn art twelidek, fit-tiftix ta art oħra.  Minkejja dan kollu, dawk l-irġiel u nisa għarfu jikklimatizzaw ruħhom fl-art il-ġdida, jibnu patrija ġdida, joħolqu familji li l-faqar tagħhom materjali mexa id f’id ma’ valuri umani, morali u reliġjużi l-iktar għoljin. Għarfu fuq kollox iħobbu l-patrija l-ġdida tagħhom, u jaħdmu għaliha. Jagħtuha wlied u nepputijiet ta’ kwalità għolja fis-saċerdozju, fl-arti, fil-politika, fil-letteratura.

5. It-tielet aspett huwa dak li llum jippreżenta ruħu quddiem għajnejja: l-integrazzjoni  tal-għaġeb fit-taħlita tar-razez li tagħha l-Brażil jagħti l-eżempju. Kelli okkażjoni li ngħidu, imma nirrepetih volontarjament minħabba l-ammirazzjoni – u l-emozzjoni li l-fatt iqanqal fija: mis-sbuħijiet kollha ta’ pajjiżkom, ma  nafx jekk inġorrx fil-qalb xbihat tas-sbuħija iktar tokkanti u sinifikattivi minn dik tal-armonija, tal-ferħ spontanju, tas-sens ta’ fraternità awtentika li hawn tikkaraterizza l-konvivenza tal-iktar razez differenti.

Għal din il-laqgħa festiva hawn ukoll preżenti nmumerużi ċittadini ta’ oriġni Taljana, li lilhom nixtieq nindirizza tislima ta’ mħabba u awgurju kordjali.

Din tiegħi hija t-tislima tal-Papa, jiġifieri tal-Isqof ta’ Ruma, ta’ dik Ruma li mhux biss hija ċ-ċentru tal-kattoliċeżmu, imma hija wkoll il-kapitali tal-għażiża patrija tal-oriġni tagħkom, li intom ħallejtu biex tfittxu xpgħol, imma li hija kkonservata f’qalbkom u fil-quċċata ta’ ħsibijietkom b’imħabba mmensa, għal dak li hija tirrapreżenta għalikom, għal qrabatkom, għall-istorja tad-dinja u għall-istorja tal-istess kristjaneżmu.

Inħeġġiġkom biex tikkonservaw dawk it-teżori tad-dawl, tal-verità, tal-kultura, tal-arti, imma b’mod speċjali dawk il-valuri kbar umani u nsara, li dejjem ikkaratterizzaw u għamlu l-vera glorja tal-poplu Taljan: il-kordjalità lejn kulħadd; il-ftuħ għas-solidarjetà universali; il-ħeġġa kbira umana; l-attakkament għan-nukleju familjari; is-sens tad-dover; l-impenn għax-xogħol.

Ikkonservaw intatt, anzi agħmlu li jagħti l-frott, b’xhieda koerenti u ċara, it-teżor tal-fidi nisranija, li ingħatalkom bil-magħmudija.

Kunu mkabbrin li intom insara! Uruh dejjem bil-kelma, bl-imġieba, fl-ambjent tax-xogħol, fil-familja, fil-professjoni, mingħajr ebda rispett uman!

Il-barrka apostolika tiegħi twettaq dawn l-awguri tiegħi!

Nixtieq issa nindirizza kelma ta’ tislima u ta’ mħabba wkoll lill-popolazzkjoni ta’ oriġini Tedeska, li propju fir-reġġjun fin-nofsinhar tal-Brażil hija partikolarment numeruża u li l-preżenza tagħha wriet ruħha important għall-iżvilupp soċjali tal-pajjiż. Bħall-emigranti ta’ nazzjonijiet oħra, ukoll il-predeċessuri tagħkom taw kontribut deċiżiv għar-reklamazzjoni u għall-kultivazzjoni tal-Brażil. Huma taw stampa lil irħula, bliet u lil reġjuni sħaħ bl-eredità spiritwali u kiulturali tal-patrija tagħhom u din tippenetra ruħha, element importantissmu, fil-poplu Brażiljan u fil-kultura tiegħu.

Bħala ragħaj suprem tal-Knisja, għeżież ħuti, ta’ nisel Tedesk, nixtieq f’din l-okkażjoni nfakkarkom fuq kollox li dan il-wirt ta’ missirijietkom huwa prinċipalment wirt nisrani, u li l-fidi fi Kristu u l-appartenenza lill-Knisja ta’ Ġesù Kristu huma teżori prezzjużi u inegwaljabbli, li rċivejtu minn idejn il-predeċessuri tagħkom. Ikun tajjeb li hawn infakkru kemm kienu s-saċerdoti u r-reliġjużi li ġew mil-linji tagħkom, li numerużi ġabu l-ħajja reliġjuża f’bosta oqsma ta’ dan il-pajjiż. Il-fedeltà lejn il-wirt spiritwali u kulturali tagħkom ifisser għalhekk b’mod speċjali fedeltà lejn l-oriġni reliġjużi tagħkom u għal stil ta’ ħajja nisranija fil-familji tagħkom, fil-komunitajiet, fil-professjoni u fis-soċjetà.

Is-suċċessur ta’ San Pietru, b’din iż-żjara tiegħu jixrieq jinkuraġġikom u jqawwikom, flimkien mal-aħwa kollha tal-fidi, f’din il-fedeltà lejn il-fidi kattolika tagħkom. Għalhekk nagħtikom minn qalbi lilkom u lil ħutkom kollha ta’ oriġni Tedeska fil-Brażil il-kbir il-barka apostolika.

Ein herzliches Wort des Grußes und der Verbundenheit richte ich auch an die deutschstämmige Bevölkerung, die gerade in den südlichen Regionen von Brasilien besonders zahlreich und von Bedeutung für die soziale und gesellschaftliche Entwicklung des Landes ist. Wie die Einwanderer anderer Nationen haben auch eure Vorfahren zur Urbarmachung und Kultivierung Brasiliens einen entscheidenden Beitrag geleistet. Sie haben Dörfer, Städte und ganze Gegenden durch das geistige und kulturelle Erbe ihrer deutschen Heimat geprägt und dieses als wertvollen Bestandteil im brasilianischen Volk und seiner Kultur verankert.

Als oberster Hirte der Kirche möchte ich euch, liebe Brüder und Schwestern deutscher Abstammung, bei dieser Gelegenheit jedoch vor allem daran erinnern, daß dieses Erbe eurer Väter wesentlich ein christliches ist, daß der christliche Glaube und eure Zugehörigkeit zur Kirche Jesu Christi die unvergleichlich kostbaren Schätze sind, die ihr aus den Händen eurer Vorfahren empfangen habt. Bleibt dessen eingedenk, wie viele Priester und Ordensleute gerade aus eurer Mitte hervorgegangen sind und das religiöse Leben in weiten Gebieten dieses Landes maßgeblich mitgestaltet haben. Treue zu eurem geistig-kulturellen Erbe bedeutet deshalb in einer besonderen Weise Treue zu euren religiösen Überzeugungen und zu einer christlichen Lebensführung in euren Familien und Gemeinden, in Beruf und Gesellschaft.

Der Nachfolger des heiligen Petrus möchte durch diesen Besuch euch zusammen mit allen Glaubensbrüdern in dieser Treue zu eurem katholischen Glauben und in der Liebe zur Kirche ermutigen und stärken. Dazu erteile ich euch und allen euren deutschstämmigen Brüdern und Schwestern im weiten Brasilien von Herzen den Apostolischen Segen.
 

Traduzjoni mit-Taljan tad-diskors ippronunzjat bil-lingwa Ukraina

U issa nindirizza lilkom, għeżież Ukraini.

Niżżi ħajr ukoll lilkom li ridtu sselmu fil-persuna tiegħi lill-Vigarju ta’ Kristu fuq l-art.
Hawn f’Curitiba hawn iċ-ċentru tal-ħajja tagħkom ekkleżjastika, ladarba hawn hawn is-sede tad-dijoċesi tagħkom, li kienet imwaqqfa mill-predeċessur tiegħi Pawlu VI ta’ meqjuma tifkira; hawn f’Curitiba bdiet il-ħajja reliġjuża tagħkom, minħabba li hawn, iktar minn 80 sena ilu, l-ewwel saċerdot kattoliku Ukrain iċċelebra l-ewwel liturġija mqaddsa bir-rit tagħkom għall-antenati tagħkom fil-fresta ta’ San Ġwann Battista, u għal dan għalih huwa ddedikat il-katidral u d-dijoċesi tagħkom.

Issa ad unur tal-prekursur ta’ Kristu intom l-Ukraini kattolċi sejrin tibnu hawn f’Curitiba knisja katidrali ġdida. U propju llum bil-qalb kollha se nbierek l-ewwel ġebla ta’ dan it-tempju.

Flimkien mal-ewwel ġebla se nbierek b’qalbi kollha lilkom ilkoll hawn miġbura.

L-ewwelnett se nbierek ir-ragħaj żelanti attwali l-Isqof Jefrem Krewey u l-predeċessur tiegħu l-Isqof Josyf Martenetz, bniedem ta’ virtù u ta’ talb.

Inbierek lis-saċerdoti kollha, kemm dawk sekolari kif ukoll reliġjużi, li jaħdmu għall-qdusija tal-erwieħ immortali tagħkom. Imbierek lil dawk kollha li jgħinuhom fix-xogħol tagħhom pastorali; u jiġifieri: is-sorijiet anċelle dell’Immacolata, lis-sorijiet Brażiljani, is-sorijiet katekisti ta’ Sant’Anna, is-sorijiet ta’ San Ġużepp, u l-katekisti tal-Qalb Imqaddsa.

Imbierek lill-istudenti tas-seminarju minuri u maġġuri, tama tad-dijoċesi tagħkom, xejn inqas lill-iskolastiċi Brażiljani.

Imbierek il-morda fl-isptarijiet tagħkom, dawk kollha li huma milquta fir-ruħ u fil-ġisem.

Imbierek lit-tfal fl-orfanatrofji tagħkom. Imbierek lilkom ilkoll, anzjani u żgħażagħ: missirijiet u wlied, ilkoll preżenti hawnhekk, kif ukoll lill-Ukraini kollha fil-Brażil kollu.

Kunu fidili għall-kmandamenti ta’ Alla, kunu ċittadini lejali tal-istat fejn qegħdin tgħixu.

Istmaw ir-rit tagħkom, ħobbuh, ladarba dan jippreserva l-identità nazzjonali tagħkom.

Alla ħanin iżommkom taħt il-protezzjoni tiegħu permezz tal-interċessjoni tal-Immakulata Verġni Marija u tal-qaddisin tal-Knisja tagħkom.

Ikun imfaħħar Ġesù Kristu!

Ippermettuli li ma’ dak li għidt ilbieraħ, għeżież ħuti, inżid tifkira ta’ xi patruni tagħna, li għarfu jittraduċu l-misteru tas-salib, il-misteru tal-imħabba divina fil-lingwaġġ partikolari tal-ħajja ta’ kuljum u fid-diversi epoki, sa mill-bidu, u li ttimbrawh fil-qlub tal ġenerazzjonijiet tal-bnedmin li jemmnu u fl-istorja tan-nazzjon tagħna u ta’ art twelidna: San Wojciech (Adalberto), San Stanislaw Kostka, sant’Andrea Bobola, il-beati Ladislaw da Gielniow, Simone da Lipnica, Salomea, Ceslao, Kinga, Edvige Reġina, Massimiliano Maria Kolbe, xhud partikolari tas-salib ta’ Kristu fi żminijietna, Marija Teresa Ledochowska u tant oħrajn mhux ikkanonizzati, imma tant preżenti fil-ħajja tal-Knisja u tal-patrija. Irrid infakkar ukoll dawk li għexu hawn, f’din l-art, ittimbraw fuqha s-sinjal tal-imħabba ta’ Kristu, u taw xhieda tal-fedeltà lejn is-salib.

Kemm nixtieq li l-wirt tagħhom jgħix u jiżviluppa fikom, li huma stess jgħixu mill-ġdid fi żminijietna u fil-ġenerazzjonijiet il-ġodda, fil-qies tal-bżonnijiet u tad-dmirijiet!

Għeżież ħuti, insellmilkom ilkoll, niżżikom ħajr għall-espressjonijiet ta’ għaqda mas-Santa Sede u għat-talb li tgħollu lejn Alla skont l-intenzjonijiet tiegħi. Itolbu wkoll li jien inkun nistà nwettaq b’mod aħjar din il-vista pastorali preżenti tiegħi fil-Brażil, is-servizz tiegħi fil-Knisja f’dan il-pajjiż.

Ilkoll kemm intom li tinsabu hawn, il-familji tagħkom, il-ġirien, il-ħbieb, dawk li tafu, dawk li jinsabu hawn bl-ispirtu u l-qalb jien inberikkom minn qalbi bis-sinjal tas-salib ta’ Kristu, fl-isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu. Amen.

6. Waqt li niċċelebra hawn, taħt l-invokazzjoni tal-Pentekoste mfakkra fl-ewwel qari, l-Ewkaristija li huwa s-sagrament tal-għaqda u tal-fraternità tad-dixxipli ta’ Kristu, imma li hija wkoll żerriegħa ta’ għaqda u fraternità fid-dinja, nixtieq nagħmel talba lilkom u oħra għalikom.

Għalikom nitlob lil Alla b’żelu l-iktar kbir, li ma tibred qatt, imma li anzi  li tissaħħaħ u tikber l-integrazzjoni razzjali profonda li teżisti fostkom. Li f’din il-fraternità fost il-popli differenti ma tonqos qatt solidarjetà speċjali ma’ ħutkom indiġeni. Jalla jkun hemm  fostkom ftuħ iktar biex jilqà ħafna gruppi umani oħra, li jinħtieġu patrija ġdida għaliex  huma mċaħħda minn tagħhom.

U lilkom nitlobkom b’imħabba ta’ missier u b’fiduċja ta’ ħukom, li tikkonservaw dejjem dan l-aspett tal-eżistenza tagħkom. U din it-talba tiegħi titwessà f’awgurju sabiex, f’din id-dinja tagħna fejn għad hemm tant diskriminazzjoni, il-bnedmin jifhmu lilhom infushom dejjem iktar, jaċċettaw lil xulxin għal dak li għandhom komuni, biex ikabbru s-solidarjetà u l-fraternità fost il-popli u sabiex jikkonsolidaw il-bażi tal-paċi.

Il-Verġni Marija, Sidtna Apareċida, tilqà t-talba tal-Papa f’dan is-sens.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading