Ġwanni Pawlu II f’Porto Alegrè, Brażil

Print Friendly, PDF & Email

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIL-BRAŻIL. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Porto Alegre (Brazil), 5 ta’ Lulju 1980

Meqjumin ħuti, uliedi għeżież!

1. “Laudetur Jesus Christus”! Huwa bil-kliem tat-tislima nisranija li nixtieq nindirizzakom f’din il-laqgħa mħejjija mill-providenza fil-programm tal-vjaġġ tiegħi fil-Brażil, f’dan il-waqt ta’ milja spiritwali.

Niżżikom ħajr għas-sapport li tipprovdili l-laqgħa tagħkom hekk entużjasta u kordjali. Imma la tiqfux fuq il-persuna umli tiegħi. Jogħlew pjuttosdt il-menti tagħkom lejn min din tirrappreżenta u taqdi, lejn Sidna Ġesù. Huwa f’ismu li jien niġi għandkom. Lilu, li minn hawn u ftit ieħor se jinżel fuq dan l-altar, imur kull unur u glorja, b’mod partikulari f’dawn il-jiem jiddu bit-trijonf ewkaristiku ħelu u paċifiku fl-art tal-Brażil.

Qabel kollox irrid inwieġeb għal xewqa tagħkom forsi mhix mikxufa, għal xi domandi li ftit jew wisq b’mod magħruf ikunu ffjorixxew fi qlubkom: għaliex il-Papa ġie sa fejnna minn tant il-bogħod? X’inhuma l-mottivi li ġegħluh jiġi?

Kollox sew, uliedi l-iktar għeżież, ir-raġuni hija din: ġejt biex insir nafkom aħjar, biex nismagħkom, biex nidħol fi djalogu magħkom, biex nurikom li l-Knisja tinsab qribkom u taqsam il-problemi tagħkom, id-diffikultajiet u t-tbatijiet tagħkom, it-tamiet tagħkom. Jien l-ewwel Papa li ġie f’din l-art l-iktar sabiħa. U allura jiena ġejt ukoll biex niżżi ħajr flimkien magħkom lill-Mulej għad-don inestimabbli mogħti lilkom mill-fidi kattolika. Il-pajjiż meraviljuż tagħkom, fejn in-natura ferrxet rikkezzi enormi, huwa pajjiż żagħżugħ, miftuħ għall-ġejjieni, mimli vitalità f’kull settur tal-attività umana. Imma l-ikbar rikkezza tagħkom huwa l-patrimonju reliġjuż u morali tat-tradizzjoni nisranmija tagħkom. Dan il-patrimonju mhux biss jixraqlu li jkun ikkonservat a kwalunkwè kost, imma għandu wkoll jinserixxi ruħu fil-moviment axxensjonali tan-nazzjon, għandu jkun ir-ruħ, sabiex bħal ma kattoliku kien is-sottostrat tal-istorja tal-bieraħ tagħkom, hekk b’mod Kristjan ħaj u operanti jkun l-ispirtu tas-sioċjetà tagħkom tallum.

Waqt li nwettaq il-missjoni riċevuta permezz ta’ Pietru u s-suċċessuri tiegħu, ġejt biex inwettaqkom fil-fidi. Pawlu ġera mal-ibliet diġa evanġelizzati iħeġġeġ lill-insara biex jipperseveraw fit-tagħlim apostoliku waqt li wettaqhom fil-fidi riċevuta (cf. At 16,4-5). Jien nitlob lil Alla biex dan il-vjaġġ apostoliku tiegħi ikollu għalikom l-istess sens u jikseb l-istess riżultat.

Għalhekk, uliedi għeżież, l-awgurju l-iktar sabih li nistà nagħmlilkom,  il-kunsinna li feħsiebni nħallilkom bħala tifkira ta’ dan il-vjaġġ tiegħi huwa l-kliem ta’ San Pietru lill-komunitajiet tal-Knisja naxxenti: “Irreżistu sodi fil-fidi” (1Pt 5,9): sodi fl-adeżjoni nterna, mimlija u sinċiera, għall-Vanġelu; u sodi fil-professjoni esterna, stranġiera minn kull intemperanza jew irriverenza lejn l-opinjonijiet  tal-oħrajn, imma onesta, qalbiena, koerenti, perseveranti, denja tal-fidi ta’ missirijietkom.

2. Intom nazzjon li llum jinsab f’fażi ta’ trasformazzjoni ħajja. Dan jeħtieġ bidliet xejn ħfief, intom dan tafuh sewwa, fir-rigward mhux biss tal-wiċċ estern tal-pajjiż, imma ferm iktar dak intern tal-ħajja u tad-drawwa tal-poplu  .

L-insara tal-Brażil huma mħejjija biex jilqgħu l-iskoss imqanqal minn dan il-passaġġ mill-istrutturi ekonomiċi u soċjali l-antiki għall-ġodda? Il-fidi tagħhom hija kapaċi tibqà soda?

Fi żminijiet oħra ma kinitx biżżejjed id-dota ristretta ta’ tagħlim elementari u dik ir-reliġjożità popolari sinċiera hekk profonda radikata bl-espressjonijiet differenti tagħha fil-kuntest soċjali u kulturali tan-nazzjon tagħkom  .

Illum mhux iktar. Id-diffużjoni tal-kultura, l-isprtu kritiku, il-pubblikazzjoni tal-kwistjonijiet kollha u d-dibattiti jesiġu għarfien iktar sħiħ u approfondit tal-fidi. L-istess reliġjożità popolari qiegħda tkun mitmugħa b’espliċitazzjoni dejjem iktar kbira tal-verità rivelata u meħlusa minn dawk l-elementi li jagħmluha tidher mhix awtentika. Tinħtieġ dak l-ikel solidu li dwaru jitkellem Pawlu.

Fi kliem ieħor, jinħtieġ sforz serju u sistematiku ta’ katekeżi. Hawn hi l-problema li għalikom illum tinponi ruħha bil-gravità u l-urġenza tagħha kollha.

Provvidenzjalment dan l-isforz diġa qiegħed isir fil-pajjiż tagħkom. Dan jikkorrispondi mad-dmir fundamentali tal-Knisja, mal-missjoni primarja u speċifika tagħha. “Evanġelizzati mill-Mulej – hekk kienu esprimew ruħhom l-Isqfijiet tagħkom fi Puebla – fl-Ispirtu tiegħu, aħna mibgħutin biex inwasslu l-bxara t-tajba lil ħutna kollha, b’mod speċjali lill-foqra u lill-minsijin” (Puebla, 164).

Dan huwa dmir grandjuż, li għalih aħna msejħa lkoll biex nagħtu l-kontribut tagħna. Bini huwa kkostitwit minn tant ġebel, it-twettiq tiegħu huwa l-frott magħqud ta’ min idejah u ta’ min wettaq il-pjan.

3. Hekk hija l-Knisja, dik li aħna llum naraw.  L-awtur il-kbir huwa Alla, li ppjanaha u għadu jirrinfreskaha: imma l-ġebel huma dawk li aġixxew bħala strumenti ħelwin u lesti għall-azzjoni tsal-Ispirtu Santu u li ttrażmettewlna dan il-wirt meraviljuż tal-fidi. Imiss issa lilna li nkompluh u li nkabbruh, sabiex jitwettaq l-avvent tas-saltna ta’ Alla.

Liema servizz huwa isbaħ minn dak tal-katekista li jħabbar il-kelma divina, li jingħaqad bi mħabba, fiduċja u rispetto ma’ ħuh biex jgħinu jiskopri u jwettaq l-pjanijiet providenzjali ta’ Alla fuqu?

Imma dan huwa wkoll dmir estremament diffiċli u delikat, għaliex il-katekeżi mhijiex tagħlim sempliċi, imma hija trażmissjoni ta’ messaġġ ta’ ħajja, li mhu qatt possibbli tiksbu f’espressjonijiet oħra wkoll sublimi tal-ħsieb uman.

Waqt li dak li jkun jgħid “messaġġ” ikun jgħid xi ħaġa iktar minn duttrina. Infatti kemm duttrini ma jaslux li jkunu messaġġ!

Il-messaġġ ma jillimitax ruħu li jipproponi ideat, imma jesiġi tweġiba, għaliex huwa interpellanza bejn persuni, bejn dak li jipproponi u dak li jwieġeb.

Il-messaġġ huwa ħajja. Kristu ħabbar il-bxara t-tajba, il-fidwa u l-feliċità: “Imberkin il-foqra fl-ispirtu, imberkin il-mansweti, imberkin l-ippersegwitati…” (cf. Mt 5,3-11). U iktar: “Inħallilkom il-paċi tiegħi, nagħtikom il-ferħ tiegħi” (cf. Gv 14,27; 15,11).

Il-folol semgħuh għaliex raw fih it-tama u l-milja tal-ħajja (cf. Ġw 10,10).

Barra minn dan jinħtieġ rispett, dan il-messaġġ divin, ladarba l-bniedem mhuwiex imħallef tal-kelma u tal-opra ta’ Alla (cf. Ġwanni Pawlu II, Catechesi Tradendae, 17. 29. 30. 49. 52. 58. 59.). Hemm bżonn jirrispettah billi jibqà fidil qabel kollox lejn Kristu, lejn il-verità tiegħu, lejn il-mandat tiegħu, inkella ikun iwettaq distorsjoni, tradiment: u fl-istess ħin billi jibqà fidil lejn il-bniedem, destinatarju tal-kelma u tal-messaġġ tal-Mulej. Mhux il-bniedem astratt, immaġinarju, imma dak konkret, li jgħix fiż-żmien, bid-drammi u t-tamiet tiegħu. Huwa lil dan il-bniedem li għandu jixxandar il-Vanġelu, sabiex fih u għalih huwa jirċievi mill-Ispirtu l-qawwa biex jitwettaq fil-milja tal-eżistenza u tal-valuri tiegħu.

4. Rigward it-tema tal-katekeżi, kif tafu, kien espost b’mod wiesà l-ħsieb tal-Knisja fl-eżortazzjoni apostolika reċenti “Catechesi Tradendae”. Mhix l-intenzjoni tiegħi li nirrepeti dak li ntqal f’dak id-dokument. Irrid, madankollu, infakkar xi punti li jmissu mill-qrib iktar il-bżonnijiet tal-Knisja Brażiljana.

Qabel kollox il-katekeżi fil-familja. L-ewwel snin tat-tifel jikkostitwixxu l-bażi u s-sies tal-ġejjieni tiegħu. Għal dan il-għan il-ġenituri jinħtieġ li jifhmu l-importanza tal-funzjoni tagħhom f’dan ir-rigward.  Bis-saħħa tas-sagrament tal-magħmudija u taż-żwieġ dawn huma l-ewwel katekisti ta’ wliedhom: li jedukaw infatti huwa li jkomplu l-att tal-ġenerazzjoni. F’din l-età Alla jgħaddi b’mod partikolari “permezz tal-medjazzjoni tal-familja” (Sacrae Congregationis Pro Clericis, Directorium Catechisticum Generale, 79).

It-trabi u t-tfal għandhom bżonn li jitgħallmu u  li jaraw il-ġenituri li jinħabbu, li jirrispettaw lill-Mulej, li jkunu jafu jispjegaw l-ewwel veritajiet tal-fidi (cf. Ġwanni Pawlu II, Catechesi Tradendae, 36), li jkunu jafu jippreżentaw il-“kontenut nisrani” fix-xhieda u fil-perseveranza “ta’ ħajja ta’ kuiljum migħuxa skont il-Vanġelu ” (Ivi, 68).

Ix-xhieda hija fundamentali. Il-kelma ta’ Alla hija effikaċi fiha nfisha, imma tassumi sens konkret meta ssir realtà fil-persuna li tħabbarha. Dan jgħodd b’mod partikolari għat-trabi u għat-tfal, li għadhom mhumiex kapaċi jiddistingwu bejn il-verità li qiegħda tiġi mħabbra u l-ħajja ta’ dak li jħabbarha. Għat-tifel ma teżistix differenza bejn ommu li titlob u t-talb; anzi it-talb għandu valur partikolari għaliex huwa t-talb t’ommu.

Jalla ma jiġrix, għeżież ġenituri, li qegħdin tisimgħuni, li wliedkom jilħqu l-maturità umana, ċivili u professjonali, u jibqgħu tfal fil-kamp reliġjuż! Mhux eżatt li tgħid li l-fidi hija għażla li għandha ssir f’età adulta. L-għażla vera tissopponi l-għarfien, u ma tistà tagħżel qatt bejn ħwejjeġ li ma jkunux proposti b’mod għaref u b’mod adegwat.

Ġenituri katekisti, il-Knisja għandha fiduċja fikom, il-Knisja tistenna ħafna minn għandkom!

Irrid barra minn dan nirrakkomanda b’mod ħaj il-katekeżi parrokkjali.

Il-parroċċa hija l-post fejn il-katekeżi tistà tesprimi ruħha bl-għana kollha tagħha. Hawn is-smigħ tal-kelma huwa magħqud mat-talb, maċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u tas-sagramenti l-oħra, mal-komunjoni fraterna u mal-eżerċizzju tal-karità. Hawn il-misteru nisrani huwa mħabbar u migħux. Huwa urġenti li kull parroċċa ssir post fejn il-katekeżi tokkupa l-ikbar attenzjoni u ssib “il-vokazzjoni propja” li hija dik li tkun dar ta familja fraterna u akkoljenti, fejn l-imgħammdin u dawk li għamlu l- griżma tal-Isqof  jirrejalizzaw li huma l-Poplu ta’ Alla” (Ivi, 67).

Hemm ukoll it-tagħlim reliġjuż fl-iskejjel.

Fl-iskola ċ-ċittadin jiġi ffurmat permezz tal-kultura u t-tħejjija professjonali.

L-edukazzjoni tal-kuxjenza hija dritt tal-persuna umana. Iż-żagħżugħ jesiġi li jkun illanċjat fid-dimensjonijiet kollha tal-kultura u jitlob ukoll li jsib fl-iskola l-possibiltà li jirrejalizza l-problemi fundamentali tal-eżistenza, fosthom, l-ewwelnett, hemm dik tat-tweġiba li għandu jagħti lil Alla. Ma jistax jasal għal għażliet veri tal-ħajja jekk jippretendi li jinjora r-reliġjon, li għandha tant xi tgħid, jew inkella meta jrid jirristrinġija għal tagħlim vag u newtru, u għalhekk inutli, għaliex nieqes minn riferiment u mudelli konkreti u koerenti mat-tradizzjonijiet u l-kultura ta’ poplu.

Il-Knisja, fis-sapport ta’ dan id-dmir tal-iskola, ma ħasbitx u ma taħsibx għal provileġġi; hija tissapportja edukazzjoni ntegrali wiesgħa u d-drittijiet tal-familja u tal-persuna.

5. Fl-aħħarnett irrid infakkar il-kontribut kbir li jiġi mill-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali.

Ma nistgħux ma nammirawx l-iżvilupp kbir tagħhom. Għalihom permezz tal-kultura jaslu kullimkien, mhemmx barrieri ta’ spazju u ta’ ħin. Jippenetraw fl-intimità tad-djar u sa fil-postijiet l-iktar umli u mbegħda.

Il-vantaġġi li huma joffru huma bosta: jinfurmaw  malajr, jgħollu, jiddevertu, jiffraternaw lill-bnedmin, iżidu mal-espressjoni razzjonali l-immaġni, is-simbolu, ir-rapport personali, il-kelma tiżżewweġ mal-espressjoni estetika u artistika.

I-poter tagħhom huwa tali li jagħti qawwa lil dak li dwaru jitkellmu u jċekknu dak li dwaru jisktu.

Jistgħu jippreżentaw ukoll xi riskji, bħal dawk tal-kultura livellata u allura mnaqqsa; tal-passività u tal-emozzjonalità, u allura mfaqqra mis-sens kritiku; mill-manipulazzjoni, u allura mill-imbuttatura għall-evażjoni u għall-edoniżmu.

Id-difetti, madankollu, ma jappartinux għat-teknika u għall-mezzi difetti tagħha għalkemm iva għall-bniedem li jużahom. Il-katekeżi, li s’issa esprimiet ruħha b’mod speċjali bil-forma tal-kitba, hija msejħa biex tesprimi ruħha dejjem iktar permezz ta’ dawn l-istrumenti ġodda. Id-dmir huwa kbir u impenjattiv: hemm bżonn li noperaw fil-mass-media u fl-istess ħin nedukaw għall-użu ta’ dawn l-istrumenti (cf. Inter Mirifica, 3). Ejjew nibnu l-Knisja ukoll fil-miżura li fiha nafu noperaw f’dan il-qasam.

6. Għeżież uliedi, ftit li xejn tistà katekeżi taħdem, ukoll jekk sustanzjuża u sikura, jekk ma tkunx  mgħallma b’effett ta’ espressjonijiet, u mgħejjuna minn dawk is-sussidji didattiċi li llum qegħdin kull ma jmur isiru iktar għonja u suġġestivi, Il-Katekeżi tesiġi “ars docendi” speċjali, pedagoġija speċjali, biex tippossiedi dik l-informazzjoni komuni li mhix biżżejjed, spiss approssimattiva u empirika, li jistà jkollu kull saċerdot jew reliġjuż jew lwalunkwè lajk istruwit b’mod reliġjuż. Bosta elementi kulturali, didattiċi u fuq kollox morali huma meħtieġa biex jagħtu lil-katekista il-prestiġju u l-effett li għandhom jikkwalifikawh. Mhemmx jewwilla l-periklu li, billi jkollu n-nuqqas ta’ dawn ir-rekwiżiti, it-tagħlim tal-katekeżi jirnexxilu mhux biss ma jkunx infruttuż, imma kultant saħansitra  detrimentali? Għal din ir-raġuni b’sodisfazzjon kbir naraw ukoll fostkom iqumu  u jimmultiplikaw l-iskejjel tal-katekeżi biex joffru lill-katekisti tħejjija duttrinali, didattika u spiritwali aġġornata b’mod progressiv. Huwa komprensibbli allura l-awgurju, mimli tama ħajja, akkumpanjat minn talb insistenti, li jien nesprimi għal eżitu feliċi u fertilita’ ta’ dawn  l-inizjattivi kollha pprovduti.

Il-Vanġelu tallum kellimna, permezz ta’ simboli, ta’ ħajja u ta’ tkabbir, forsi bil-mod, imma konsistenti: hija ż-żerriegħa li mitfugħa fl-art tiżviluppa sakemm issir żbula; hija  ż-żerriegħa tas-senapa li ssir arbuxxell li fuqu jinġabru l-għasafar tas-sema (cf. Mk 4,1-2.26-32). Kull wieħed u waħda minnkom immeditaw sewwa dwar is-sens ta’ dan il-kliem tal-Mulej u, waqt li tgħixu l-vokazzkjoni u l-missjoni propja tagħkom speċifika fil-Knisja, ikollkom fikom stess din il-ħajja u dan it-tkabbir, biex tgħinu wkoll lill-oħrajn ħalli jikbru fil-fidi qawwija u matura.

Għeżież uliedi, kellimtkom b’imħabba profonda, tajtkom xi direttivi, imma f’moħħi kelli l-ħsieb li fuq kollox ninkuraġġikom. Jalla l-Mulej iberikkom fit-triq li b’ferħ ta’ min ifaħħru qbadtu. Nafdakom ilkoll għall-protezzjoni ta’ Marija Santissma, “omm mudell tal-katekisti” (Ġwanni Pawlu II, Catechesi Tradendae, 73).

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading