Il-Papa jibgħat messaġġ lil Joe Biden

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jibgħat messaġġ lill-President Joe Biden

Il-Papa Franġisku beda l-messaġġ tiegħu lill-President tal-Istati Uniti Joe Biden fejn qalu: “Fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tiegħek bħala s-sitta u erbgħin President tal-Istati Uniti tal-Amerika, jien nwassal xewqat tajba kordjali u l-assigurazzjoni tat-talb tiegħi li Alla li Jista’ Kollox jagħtik għerf u saħħa fl-eżerċizzju tal-kariga għolja tiegħek”.

Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar ħin tal-Lvant, id-Demokratiku Joseph R Biden u Kamala Harris ħadu l-ġuramenti  bħala 46 president u viċi-president rispettivament. L-inawgurazzjoni ta’ Biden ġiet fi żmien ta’ diviżjoni intensa fil-pajjiż. Ġimgħatejn ilu, fis-6 ta’ Jannar, hekk kif il-Kungress kien qed jiċċertifika r-riżultat elettorali presidenzjali, partitarji tal-President Donald Trump daħlu fil-bini tal-Capitol f’Washington D.C, u okkupaw il-bini għal bosta sigħat. Il-Papa Franġisku, waqt l-Anġelus tal-10 ta’ Jannar, kien iddenunzja dan l-att vjolenti.

Fil-messaġġ tiegħu lill-President Biden, il-Papa Franġisku esprima t-tama tiegħu li “taħt it-tmexxija tiegħek, jalla l-poplu Amerikan ikompli jiġbed is-saħħa mill-valuri għoljin politiċi, etiċi u reliġjużi li ispiraw in-nazzjoni mit-twaqqif tiegħu”. L-istati Uniti tiċċelebra 244 sena ta’ demokrazija mit-twaqqif tagħha fl-1776.

Il-President Joe Biden ħa l-kariga hekk kif il-pajjiż qed ikompli jiġġieled kontra waħda mill-akbar kriżijiet tal-koronavirus mad-dinja kollha. S’issa fl-Istati Uniti mietu l-fuq minn 400 mitt elf persuna bil-Covid-19, fejn aktar minn 24 miljun ruħ ġew irrapurtati li kienu nfetati. Il-Papa fil-messaġġ tiegħu qallu li “fiż-żmien meta l-kriżijiet gravi li qed tiffaċċja l-familja umana, nitlob li d-deċiżjonijiet tiegħek ikunu ggwidati minn tħassib għall-bini ta’ soċjetà mmarkata minn ġustizzja u libertà awtentiċi, flimkien b’rispett infallibli għad-drittijiet u dinjità ta’ kull persuna, speċjalment il-foqra, il-vulnerabli u dawk li m’għandhom l-ebda vuċi”.

Il-Qdussija Tiegħu, ikkonkluda l-messaġġ tiegħu billi qallu: “Bl-istess mod nitlob lil Alla, is-sors ta’ kull għerf u verità, biex jiggwida l-isforzi tiegħek biex trawwem il-fehim, ir-rikonċiljazzjoni u l-paċi fl-Istati Uniti u fost in-nazzjonijiet tad-dinja sabiex javvanza l-ġid universali komuni. B’dawn is-sentimenti, jien volontarjamenet nitlob abbundanza ta’ barkiet fuqek u l-familja tiegħek u fuq il-maħbub poplu Amerikan.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-francis-message-joe-biden-peace-united-states-world.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading