Knisja oħra tista’ ssir moskea

Print Friendly, PDF & Email

It-Turkija tista’ terġa’ tikkunsidra l-pjanijiet li knisja f’Cora tiġi mibdula f’moskea

It-Turkija tista’ terġa’ tikkunsidra li ma tibdilx l-knisja Ortodossa famuża f’Cora f’moskea u tgħatti l-mużajk u l-affreski sbieħ tagħha, dan wara d-deċiżjoni li ttieħdet s-sajf li għadda, t-tieni trasformazzjoni wara li Hagia Sophia ġiet iddedikata mill-ġdid għall-qima Musulmana.

Il-Knisja medjevali tas-Salvatur Imqaddes f’Cora hija mgħottija b’xeni tal-Bibbja u ritratti ta’ Ġesù u l-qaddisin li jmorru lura għas-seklu erbatax.

L-aħbar maħruga mil-gvern dwar il-konverżjoni f’Awwissu li għadda, wasslet għal diversi protesti mill-fergħa kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti Unesco, knejjes Kristjani Ortodossi u storiċi tal-arti.

Jidher li l-għajta kontra t-trasformazzjoni setgħet wasslet lit-Turkija biex terġa’ tikkunsidra l-pjanijiet tagħha għall-bini li huwa magħruf bħala l-Kappella Sistina ta’ Istanbul, li bħala Kostantinopli hija ċ-ċentru tad-dinja Kristjana Ortodossa.

L-Unesco, ibbażata f’Pariġi, l-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti, bagħtet missjoni f’Istanbul biex tispezzjona ż-żewġ knejjes f’Ottubru u wissiet lit-Turkija li l-bidliet jistgħu jagħmlu ħsara lill-istat tagħha ta’ Wirt Dinji.

Il-Patrijarka Ekumeniku Bartilmew iltaqa’ mal-Unesco u l-knejjes Ortodossi nazzjonali ddenunzjaw id-deċiżjoni ta’ Istanbul. Il-Knisja Ortodossa Russa influwenti sejħitilha “barbariżmu modern terribbli”.

L-eks ministru tat-turiżmu Bahattin Yücel qal lil The Art Newspaper li ħaseb li l-pressjonijiet ekonomiċi jiddettaw li l-Cora “jibqa’ mużew, billi jiġbed numru kbir ta’ turisti reliġjużi”. Iżda Çigdem Kafescioglu, storika fl-Università Bogaziçi ta’ Istanbul, ma qablitx. Hija qalet li “l-ipotesi tiegħi hija li kisbu sens ta’ reazzjonijiet internazzjonali u qed jippruvaw jagħmlu xogħol aktar aċċettabbli mill-ftuħ mgħaġġel ta’ Hagia Sophia. Dawk li jfasslu l-politika jarawha b’lenti politika.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.thetablet.co.uk/news/13765/turkey-may-reconsider-mosque-plans-for-church

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading