Il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II

Print Friendly, PDF & Email

Tiftakarha l-ġrajja? Tixtieq taqsam il-memorja tiegħek magħna jew forsi taf lil xi ħadd li jista’ jgħidilna dwar il-Knisja u Vatikan II?

Iktibilna fuq lajci@maltadiocese.org

Ruma. Il-Ħamis 11 ta’ Ottubru 1962: It-tħejjijiet kienu ilhom għaddejjin kważi tliet snin, imma fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan kienu għadhom qed isiru l-aħħar irtokki. Matul dawk il-jiem, mal-elfejn u ħames mitt isqof inġabru minn madwar id-dinja kollha biex flimkien jagħtu bidu għal ġrajja li la l-Knisja u lanqas id-dinja moderna kienu għadhom qatt ma raw waħda tal-kobor tagħha. Dak li beda jseħħ dakinhar, madwar il-qabar tal-Appostlu Pietru, għad għandu messaġġ qawwi u ħaj għalina llum.

Il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II. Seħħ u għad irid iseħħ.


L-Arċisqof Ġorġ Frendo O.P. Arċisqof ta’ Tirana fl-Albani: Xi tifkiriet dwar il-Konċilju Vatikan II.

L-Isqof Ġorġ Frendo

Jien u sieħbi, illum l-Arċisqof emeritu Mons. Pawl Cremona op, konna studenti tal-filosofija u t-teoloġija fil-Kunvent ta’ San Duminku, ir-Rabat, fis-snin meta kien qed jitlaqqa’ l-Konċilju Vatikan II bejn l-1962 u l-1965. Niftakar b’liema entużjażmu konna qed insegwu l-mixja tal-Konċilju billi naqraw, speċjalment, il-Catholic Herald. Allura sirna familjari ma’ ismijiet ta’ Kardinali “progressivi” ġganti bħalma kienu Suenens, Alfrink, Doepfner u Leger, u Kardinali “konservattivi” bhalma kienu Ottaviani u Ruffini, kif ukoll teologi kbar bħalma kienu Rahner, Congar, De Lubac, Schillebeeckx, u żewġ teologi relattivament żgħażagħ imma li kienu diġà qed jibbrillaw: Kung u Ratzinger. Kompli aqra …


Aktar dwar Vatikan II fil-Laikos …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

3 thoughts on “Il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II”

  1. Hawn min jgħid li l-Knisja hi anakronista u għadha qed tgħix 200 sena ilu. Ara diversi festi u prattiċi pastorali u tinduna li hemm xi verità f’dan. Jekk immorru lura sal-Koncilju Vatikan II ma nkunux morna daqshekk lura.
    Biex ngħixu l-Koncilju, nissuggerixxi:
    1. Ikun hawn grupp għal kull document tal-Konċilju li johrog lista ta’ proposti konkreti u fattibbli.
    2. Naraw kemm qed jitwettqu minn dawk il-proposti.
    3. Ikollna l-kuraġġ li nwettqu dawk li għadhom m’humiex jitwettqu.

  2. Fil-bidu kien mahsub li l-Konċilju kellu jkun biss f’sezzjoni wahda imma dam sejjer erba’ sezzjonijiet … kull sezzjoni tlett xhur biex l-Isfqijiet ma jdumux hafna zmien ‘l barra mid djocesi taghhom.

    F’Malta Knisja u Seminarju involvew ruħhom sew. L-Isqof Brazilian Fernandez gie jzurna u kien determinante biex l ewwel qassisin u seminarista jmorru fid-djocesi tá Londrina. Kienet missjoni li ghamlet hafna gid.

  3. Niftakar dik il-grajja sewwa. Kont Form 1 Maria Regina Grammar School, Blata-l-Bajda. Fil-Form III spicca l-Koncilju imma bqajt niehu interess. Kull artiklu tal-Lehen is-Sewwa kont nieklu.

    Id-dar ma kellnix television, imma familja ta’ Pulizija girien taghna kellhom. Niftakar li dan il-Pulizija gab is-set fuq mejda hdejn il-bieb ta’ barra u in-nies koona ningabru bilqieghda fl-art fit-triq u rajt il-ftuh u l-gheghluq tal-koncilju in black and white. Ommi kienet tibghatni hemm u billi kont zghira dejjem kont insib post hdejn il-mejda u ma kelli hadd itellifni milli nara u nisma lil kummentatur kemm bit-Taljan u kemm bil-Malti.

    Barra minn hekk, it-Teachers kienu jkellmuna fuq x’kien qieghed jigri. Kellhom access ghall-informazzjoni jew bir-radio jew TV nahseb. It-Teacher tar-Religion kien Fr. Agius, li ismu qatt ma sirt naf, u sikwit kien ikellimna dwar x’kien ikun qieghed ikun diskuss fil-koncilju. Niftakar hadt interess kbir u kont insaqsih kull meta jidhol fil-klassi , anke wara l-lezzjoni, xi jkun gara. Darba minnhom kellimni dwar il-hajja religjuza, li ghal dik l-eta’ li kelli ma tantx kont naf dwarha. Imma hadt interess fis-suggett u bqajt insaqsi. Meta wasalt Form V u spiccajt high school kont id-dar. Kien Ottubru meta fuq ir-Rediffusion smajt li hareg id-digriet bl-isem Perfectae Caritatis, u billu kont studjajt il-Latin fhimt xi jfissru dawn il-kelmiet.

    Kien difficli nakkwista xi kopja. Imma meta mort Form VI kelli ktejjeb f’idejja tad-digrieti tal-Koncilju. Niftakar li wahda mil-mistoqsijiet tal-ezami kienet li tikteb dwar xi wiehed mid-digrieti tal-koncilju. Kont naf IL-Perfectae Caritatis sewwa u ma xbajtx nikteb waqt l-ezami. Barra minn hekk fin-Novizzjat, kellna tghalim dwar dan id-digriet qatt ma ninsa kif Fr. Allan Fenech (RIP) kien ifissrilna kelma kelma u jsaqsina kemm fhimna.

    Hekk Il-Koncilju Vatikan II ghadu haj f’hajti.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading