Ordinazzjoni Presbiterali f’Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 2024, fis-6.30pm, fil-Knisja Katidrali ta’ Għawdex, il-Belt Victoria, l-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ FRANKLIN MICALLEF (mill-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem).

Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 23 ta’ Mejju, fit- 8.00pm, fl-Anfiteatru ta’ Villa Rundle, il-Belt Victoria. Wara, mill-10.00pm sas-7.00am tal- għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinand fil-Kappella tas-Seminarju Maġġuri, il-Belt Victoria.

Kemm l-Ordinazzjoni u kemm il-Velja se jkunu mxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex: www.youtube.com/dioceseofgozo u www.facebook.com/gozodiocese. L- Ordinazzjoni se tixxandar ukoll fuq UTV, Xejk TV u Radju Marija 102.3FM.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading