Id-delegazzjonijiet tal-indiġeni tal-Kanada: ‘Il-Papa Franġisku sema’ l-uġigħ tagħna’.

Print Friendly, PDF & Email

“Verità, ġustizzja, fejqan, u rikonċiljazzjoni”. Dan kien il-kliem li esprimew d-delegazzjonijiet minn diversi popli indiġeni tal-Kanada, li din il-ġimgħa ġew biex jiltaqgħu mal-Papa Franġisku, fi sforz biex jitfejjaq l-uġigħ ikkawżat mill-iskejjel residenzjali.

It-Tnejn, 28 ta’ Marzu, żewġ delegazzjonijiet iltaqgħu mal-Papa, f’udjenzi wara xulxin – waħda min-Nazzjoni Métis u oħra mill-Poplu Inuit. Huma kienu akkumpanjati minn diversi Isqfijiet mill-Konferneza tal-Isqfijiet Kattoliċi Kanadiżi, b’kull delegazzjoni tiltaqa’ mal-Papa għal madwar siegħa.

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, qal fi stqarrija li l-udjenzi kienu ffukati biex jagħtu lill-Papa l-opportunità li “jisma’ u joffri spazju għall-istejjer koroh li għaddew minnhom u li qasmu s-superstiti.”

Fl-indirizz tiegħu tal-Angelus tas- 6 ta’ Ġunju 2020, l-Papa Franġisku qasam mad-dinja d-dispjaċir tiegħu għall-aħbar drammatika li kienet waslet ftit ġimgħat qabel, tas-sejba ta’ qabar tal-massa, b’aktar minn 200 katavru ta’ nies indiġeni, taħt skola Residenzjali Indjana ta’ Kamloops, fil-Kanada.

Is-sejba f’Ġunju 2020 wasslet lill-Isqfijiet tal-Kanada biex jagħmlu apoloġija u waqqfu sensiela ta’ proġetti biex jappoġġjaw lis-superstiti. L-importanza tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tidher mir-rieda tal-Papa li jilqa’ d-delegazzjonijiet fil-Vatikan, ir-Tnejn 28 u fil-31 ta’ Marzu, fid-dawl ta’ żjara papali futura fil-Kanada. Fl-1 ta’ April, il-Papa se jagħmel udjenza fis-Sala Klementina tal-Vatikan, mad-diversi delegazzjonijiet u mar-rappreżentanti tal-Konferenza Episkopali Kanadiża.

Is-Sinjura Cassidy Caron, il-president tal-Kunsill Nazzjonali Métis, espremiet it-tama tagħha li l-Papa u l-Knisja universali jipproċedu wkoll bil-ħidma li jsarrfu dak il-kliem li qassmu dawk li għaddew minn tbatija kbira “f’azzjoni reali għall-verità, għall-ġustizzja, għall-fejqan, u għar-rikonċiljazzjoni”.

“Meta stedina lill-Papa Franġisku biex jingħaqad magħna fi vjaġġ għall-verità, r-rikonċiljazzjoni, għall-ġustizzja u l-fejqan, l-uniku kliem li kellimna lura bl-Ingliż, ħafna minn kien bil-lingwa tiegħu, billi tenna l-kliem: verità, ġustizzja u fejqan – u nieħu dan bħala impenn personali”.

Is-Sinjura Caron qalet li ressqet talba għal aċċess għad-dokumenti miżmuma fil-Vatikan dwar skejjel residenzjali. “Għamilna, u se nkunu qed inkomplu nsostnu ħafna minn dak li jeħtieġ biex toħroġ il-verità sħiħa”.

Persuna oħra fil-grupp fi Pjazza San Pietru kienet Angie Crerar, anzjana ta’ 85 sena, kienet waħda minn dawk li qasmet l-istorja tagħha lill-Papa. Dwar l-udjenza li kellha mal-Papa Franġisku, hija stqarret li waslet u ħassitha nervuża, iżda li sabet ruħha mal-“iktar persuna ġentili u mimlija kompassjoni”. L-Papa saħansitra għannaqha, qalet u neħħa minn fuqha għexieren ta’ snin ta’ tbatija. “Kont bil-wieqda eżatt ħdejh, kellhom iżommuni l-bogħod… Kienet tant sabiħa, U kien daqshekk ġentili. Jien kont nervuża, imma wara li tkellem miegħi, bil-lingwa tiegħu, li ma fhimtux meta kien qed jitkellem, imma t-tbissima tiegħu u r-reazzjoni tiegħu, l-lingwaġġ tal-ġisem tiegħu, ħassejtni biss, li għandi nħobb lil dan ir-raġel”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-03/pope-francis-canada-indigenous-delegations-audience-interview.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading