Papa: Neħħu l-gwerra issa, qabel mal-gwerra tħassar l-umanità mill-istorja.

Print Friendly, PDF & Email

Bħal kull gwerra, l-gwerra “krudili u bla sens” fl-Ukrajna, li issa waslet fit-tieni xahar tagħha, tirrappreżenta telfa għall-umanità kollha, qal il-Papa Franġisku fl-indirizz tiegħu tal-Angelus.

Il-Qdusija Tiegħu nieda appell qawwi ieħor biex jintemm l-att ta’ gwerra “barbariku u sakrilegu”, u wissa li “l-gwerra ma teqredx biss il-preżent, imma l-futur ta’ soċjetà wkoll.” Filwaqt li indika statistika li turi li nofs it-tfal Ukreni kollha issa huma barra mill-pajjiż, il-Papa qal li dan hu dak li jfisser li teqred il-futur; “tikkawża trawma drammatika fil-ħajja tal-iżgħar u l-aktar innoċenti fostna”.

Il-Papa Franġisku insista, “l-gwerra m’għandhiex tkun xi ħaġa li hija inevitabbli. M’għandniex nderu lilna nfusna għall-gwerra.” Minflokk, qal, “jeħtieġ li nikkonvertu d-disprezz tal-lum f’impenn għal għada.” Huwa appella lill-mexxejja politiċi kollha biex jimpenjaw ruħhom li jtemmu l-gwerra:

“Qabel il-periklu tal-awto-distruzzjoni, jalla l-umanità tifhem li wasal il-mument li titneħħa l-gwerra, li titħassar mill-istorja tal-bniedem qabel ma tħassar l-istorja tal-bniedem!”

Filwaqt li dawwar ħarstu b’mod speċjali lejn “l-Ukrajna msawta,” l-Papa Franġisku talab biex il-mexxejja politiċi jagħrfu li kull jum ta’ gwerra tagħmel is-sitwazzjoni agħar għal kulħadd; u ġedded l-appell tiegħu:

“Biżżejjed! Ieqfu! Jalla l-armi jiġu msikkta. Ejjew inkunu serji dwar il-paċi!”

Filwaqt li fakkar fil-konsagrazzjoni tal-umanità, u tar-Russja u tal-Ukrajna b’mod partikolari, lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, li l-Papa Franġisku mexxa mill-Bażilika ta’ San Pietru, l-Papa Franġisku stieden lill-fidili biex jerġgħu jitolbu “għajr bla heda lir-Reġina tal-Paċi”, u mexxihom fit-talba tas-Sliema u Qaddisa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-03/pope-abolish-war-now-before-war-erases-mankind-from-history.html

%d bloggers like this: