Il-Papa Franġisku jibgħat jirringrazzja lill-Knisja f’Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta, 5 ta’ April 2022: Il-Papa Franġisku jibgħat jirringrazzja lill-Isqof Anton Teuma u l-Knisja f’Għawdex.

Lill-Għażiż  Ħija Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex.

Lura mill-Vjaġġ Appostoliku tiegħi, waqt li b’rikonoxxenza ngħożż f’qalbi l-laqgħat li kellna, nixtieq irroddlok ħajr tal-laqgħa li rċivejt fid- Djoċesi u b’mod partikulari tal-ħeġġa  reliġjuża  li  ħassejt  fis-Santwarju Ta’ Pinu.

Jiena grat għall-impenn fil-preparazzjoni taż-Żjara, għall-ħidma tiegħek hekk serja u prezzjuża. Ħajr ukoll għall-attenzjoni li  biha tieħdu ħsieb tas-saċerdoti anzjani.

Nixtieq nibgħat tislija speċjali lill-kor u lil dawk kollha li kkollaboraw biex is-sigħat li qattajt Għawdex kienu indimentikabbli.

Il-Mulej ibierek lilek, lis-saċerdoti, l-ikkonsagrati u kull wieħed u waħda mill-fidili fdati fil-kura pastorali tiegħek. Ibqgħu ċerti li nibqa’ niftakar f’kulħadd u nitlobkom, jekk jogħġobkom, biex titolbu għalija. Marija Assunta tħariskom.

Fraternament,

Papa Franġisku

Ruma, San Ġwann Lateran, 5 ta’ April 2022

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading