Il-vjaġġ tal-Papa lejn Kiev

Print Friendly, PDF & Email

Persuna mill-Ukrajna fil-Vatikan tgħid li l-vjaġġ tal-Papa lejn Kiev, jista’ jkun ‘messaġġ biex tintemm il-gwerra’

Meta Andrii Yurask ġie magħżul biex jirrappreżenta lill-Ukrajna bħala ambaxxatur għall-Vatikan, huwa kellu trażizzjoni ta’ xahrejn, biex jilħaq jitgħallem it-Taljan. Iżda meta Russja invadiet pajjiżu fl-24 ta’ Frar, huwa kellu jibda’ l-ħidma sfiqa tiegħu. Fis-6 ta’ Marzu, sigħat biss wara li niżel Ruma, kellu laqa’ mal-Arċisqof Paul Gallagher, is-Segretarju għar-Relazzjonijiet mal-Istati u mal-Kardinal Leonardo Sandri, li jmexxi l-uffiċċju għall-Knejjes tal-Lvant. Huwa kellu wkoll diversi laqgħat ma’ lista twila ta’ ambaxxaturi.

Il-protokoll ġie maqbuż, u minflokk ma kellu xhur biex jipprepara biex jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-Papa Franġisku, Yurash, kellu biss jiem. Huwa laqa’ dan il-proċess magħġel, u qal li huwa sinjal ċar li s-Santa Sede tassew tifhem il-kobor tal-kriżi.

Għalkemm iż-żewġ uliedu diġa’ jinsabu l-Italja, fejn bdew l-iskola, martu Diana kellha tibqa’ l-Ukrajna, tirranġa l-ħafna affarijiet li wieħed irid jieħu ħsieb meta jmur jgħix barra. “Imma t-talb, l-inkwiet u l-ħsibijiet kollha tiegħi huma ma’ ibni l-kbir,” qal lil Crux. “Sviatoslav jinsab Kiev. Huwa membru parlamentari, l-iżgħar wieħed: Ġie elett tliet snin ilu, meta kellu 23 sena. Imma ħa d-deċiżjoni konxja li jissieħeb fl-armata”. L-unita’ tiegħu kienet fost l-ewwel li daħlet f’waħda mill-ibliet qrib Kiev li nħelsu dan l-aħħar, u rat l-atroċitajiet imwettqa mill-armata Russa, inkluż l-eżekuzzjoni ta’ persuni ċivili u l-attakk sesswali fuq in-nisa.

Studja l-istudji reliġjużi u xjenzat politiku, Yurash wasal Ruma biex iwettaq “mhux xogħol imma missjoni”. “Qed nipprova nagħmel dak kollu possibbli fiċ-ċirkustanzi tiegħi, minn posti, biex ngħin lil pajjiżi”. Ħa sehem f’żewġ laqgħat bilaterali mal-ambaxxaturi kollha tal-Unjoni Ewropea għas-Santa Sede, iltaqa’ mal-Papa Franġisku, l-ogħla konsulenti tiegħu, u ‘l fuq minn 15-il rappreżentant tal-Vatikan. Huwa tkellem fuq it-telefon mal-ambaxxatur Amerikan li għadu kif ġie maħtur fil-Vatikan, attenda sensiela bla tarf ta’ avvenimenti li ħarġu minn seminars li jirriflettu fuq il-gwerra sal-konsagrazzjoni tar-Russja u l-Ukrajna fil-Bażilika ta’ San Pietru.

Waqt l-intervista mal-Crux, indunajna li l-mobile tiegħu ma jieqafx idoqq. Hu qal: “Qed naħdem 20 siegħa kuljum, nipprova nwieġeb b’iva għal kwalunkwe talba jew stedina. Jien dedikat kompletament u nagħmel dak kollu li nista’ biex ngħin lil pajjiżi f’dan il-perjodu terribbli fl-istorja”.

Wieħed jifhem, il-possobbiltà ta’ żjara tal-Papa f’Kiev, xi ħaġa li l-Papa Franġisku qal li kienet “fuq il-mejda” waqt li kien Malta fi tmiem il-ġimgħa, ħarġet waqt il-konversazzjoni. “Naf lir-Russja qed tipprova twassal b’kull mod possibbli, formalment u informalment, li żjara tal-Papa ma tkunx aċċettabbli għalihom, għax ikun sinjal ċar ta’ appoġġ għall-Ukrajna”, qal. “Imma jien ċert lin-nazzjonijiet l-oġra kollha huma favur din l-idea. Tkellimt mal-ambaxxatur Amerikan li għadu kif ġie maħtur, darbtejn iltqajt mal-ambaxxaturi kollha tal-Unjoni Ewropea, u kollha kemm huma esprimew l-appoġġ tagħhom għal żjara papali. U l-Papa qal li ż-żjara ‘hi fuq il-mejda’, u din hija espressjoni li kont smajt aktar minn ġimgħatejn ilu.

“Dan huwa tajjeb ħafna, għax ifisser li jifhmu r-realtà, u nittama li malajr ħafna jiddeċiedi li wasal iż-żmien li jagħmel dan il-pass kruċjali, li jkun sinjal assolutament li jinftiehem għas-soċjetà Ukrena”, innota Yurush. “It-talb tal-aktar mexxej reliġjuż influwenti tad-dinja fuq artna, fl-eqdem Katidral ta’ Santa Sofia f’Kiev, li għandu aktar minn elf sena ta’ eżistenza bla interruzzjoni, ma jkunx biss talb għall-paċi, iżda wkoll sejħa għal kull pajjiż biex jgħinu lill-Ukrajna, kif ukoll biex jerġa’ jinbena l-pajjiż”.

L-ambaxxatur tal-Ukrajna għas-Santa Sede qal: “ikun messaġġ biex tintemm il-gwerra”.

Rigward it-tħassib dwar is-sigurtà li jġib miegħu żjara bħal din, Yurush qal li l-Ukrajna tagħmel assolutament dak kollu li tista’ biex tiggarantixxi s-sigurtà tiegħi, u li hu kunfidenti li anke r-Russja tagħmel l-istess. “Jien ċert ukoll lir-Russja se tirrealizza l-importanza ta’ dan is-simbolu. Ma nistax nimmaġina li jkunu se (jħallu lill-Papa jinqatel). Naħseb li jifhmu li, kieku kellhom jagħmlu hekk, ikun it-tmiem tagħhom fid-dinja ċivilizzata. Għalhekk minkejja lir-Russja ma tridx li dan il-vjaġġ iseħħ, naħseb li anke huma jagħmlu ċert li jkun sigur kieku l-Papa kellu, fil-fatt, jagħmel dan il-vjaġġ”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://cruxnow.com/church-in-europe/2022/04/ukraines-man-in-the-vatican-says-papal-trip-to-kyiv-would-be-message-to-end-the-war

%d bloggers like this: