It-Triq tas-Salib: Il-familji jaqsmu l-uġigħ tat-telfa u l-kruhat tal-gwerra

Print Friendly, PDF & Email

Ilmenti, nċertezzi, bżonnijiet, feriti, imma wkoll kuraġġ, maħfra, talb u tama. Dawn huma it-temi relatati mal-ħajja ta’ kull familja madwar id-dinja jiffurmaw il-bażi tal-meditazzjonijiet miktuba għall-Via Crucis, li l-Papa Franġisku jippresiedi fil-Ġimgħa l-Kbira, fil-Kolossew, f’Ruma.

Ħmistax-il familja marbuta ma’ għaqdiet u komunitajiet ta’ voluntiera Kattoliċi kitbu l-meditazzjonijiet, peress li din is-sena timmarka s-Sena tal-Familja ‘Amoris Laetitia’, li tiċċelebra l-ħames anniversarju mill-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa.

L-ordni tal-meditazzjonijiet tirrifletti parzjalment il-progressjoni tal-ħajja tal-familja, li timxi mid-diffikultajiet finanzjarji ta’ koppji żgħażagħ għall-provi tal-ġenituri u mill-uġiegħ tat-telf ta’ xi ħadd għażiż, għal sitwazzjonijiet straordinarjament diffiċli bħall-gwerra.

Koppja żagħżugħa tagħti bidu għat-Triq tas-Salib, filwaqt li tirrifletti fuq id-diffikultajiet tagħhom, li jinkludu li jaraw iż-żwiġijiet ta’ sħabhom ifallu, l-imħabba tagħhom għadha mhux ittestjata mill-provi. Huma jgħidu: “Iż-żwieġ, mhux biss avventura romantika; hija wkoll il-Ġetsemani: d-dieqa li nħossu qabel inkissru ġisimna għall-persuna l-oħra”. Familja missjunarja mbagaħd taqsam id-diffikultajiet tagħha biex tafda fil-Providenza Divina, hekk kif huma xhieda tal-kruhat tal-gwerra u li jitħajjru jirrispondu għall-vjolenza. Madankollu, kuljum jissieltu biex jirreżistu t-tentazzjoni li jittradixxu lil Kristu f’ħuthom.

Koppja anzjana mingħajr tfal toffri r-riflessjoni għat-3 Stazzjon, filwaqt li tirrimarka kemm-il darba esperjenzaw il-kundanna ta’ ħaddieħor li jiġġudikahom għall-isterilità tagħhom. L-imħabba, iżidu jgħidu, timla l-familja tagħhom hekk kif jimxu id f’id. Familja ta’ ħafna tfal taqsam l-opinjoni opposta, filwaqt li tinnota li l-proġetti personali u l-miri tal-karriera spiss iċedu d-dmirijiet tal-familja, anki jekk mhux mitluba. “Minkejja l-inkwiet tagħna u l-ġranet sħaħ tagħna, qatt ma naħsbu li mmorru lura”, stqarrew din il-koppja.

Koppja oħra tgħid li binhom b’diżabilità kien iġġudikat qabel ma ġie fid-dinja, peress lit-tobba qalulhom li se jkun “piż għalikom u għas-soċjetà: ‘sallbuh’.” Imma hu ma kien għamel xejn ħażin, u għażlu l-ħajja. Familja li bidlet id-dar tagħha f’dar għal ħafna oħrajn tindika li l-uġigħ għandu s-setgħa li jibdilna u jfakkarna fis-sempliċità tad-dinjità umana. Raġel li martu ġiet iddijanjostikata b’mard terribbli, joffri riflessjoni fuq is-7 Stazzjon. Mard mhux mistenni, jgħid, poġġa lilu u lil martu fuq is-salib iżda għamilhom ukoll is-sisien tal-familja tagħhom.

Żewġ nanniet iqabblu s-sitwazzjoni tagħhom – b’bint toqgħod u 5 neputijiet minħabba żwieġ fallut – ma’ dik ta’ Ġesù għen biex iġorr is-salib Tiegħu minn Xmun ta’ Ċirene. “Il-passi tagħna jbattu u bil-lejl, wara li dħakna, insibu lilna nfusna nibku bil-mogħdrija.” Koppja li addottat żewġt itfal tirrimarka li l-addozzjoni hija dejjem riżultat ta’ tifel li jiġi abbandunat, u li din is-sitwazzjoni tħalli ferita li tibqa’ tnixxi għal dejjem. “Imma dan is-salib, anki jekk ikun ta’ wġigħ, jaħbi hena sigrieta”.

Omm armla b’żewġt itfal taqsam l-uġigħ tagħha għall-10 Stazzjoni, u tistaqsi b’leħen għoli għala Ġesù “jekk hu Bin Alla” ma salvax lil żewġha. Madankollu, hi tinnota, “L-imħabba ssir reali, għax anki fl-abbissi u l-iskumdità tagħna ma nkunux abbandunati”. Żewġ ġenituri li binhom huwa reliġjuż ikkonsagrat jaqsmu l-inkredulità u d-diffikultà tagħhom biex jaċċettaw il-vokazzjoni ta’ binhom, billi jammettu li abbandunawh għall-għażla tiegħu. Għalkemm l-attitudnijiet tagħhom inbidlu, xorta jitolbu lil Ġesù biex jiftakarhom meta jiġi fis-Saltna Tiegħu. Waqt li Marija kienet tara lil Binha fuq is-salib, omm oħra qamet fis-skiet hekk kif bintha żgħira – u mbagħad żewġha stess – mietet f’età tenera. Hija taqsam l-uġigħ li tara lill-familja tagħha mibdula, u tfakkar fl-uniċi kliem li taha xi dehra ta’ saħħa: “Alla ma jsejjaħx lil dawk li huma b’saħħithom, imma jsaħħaħ lil dawk li Hu sejjaħ.”

Il-meditazzjoni tat-13-il Stazzjon saret minn par familji li mil-lat politiku attwali m’għandux ikollhom x’jaqsmu ma’ xulxin: familja mill-Ukrajna u l-familja l-oħra ġejja mir-Russja. Madankollu, flimkien kitbu dwar l-uġigh tal-mewt u l-qerda – kif il-ħajja tidher li titlef is-sens u l-mibegħda tagħti lok għal nuqqas ta’ tama u skiet – u flimkien iġorru s-Salib ta’ Kristu għall-Istazzjon li jimmarka l-mewt tiegħu stess.

Ir-riflessjoni għall-14-il u l-aħħar Stazzjoni, ser ikun immexxi minn familja li saret migranti minħabba l-gwerra. Fid-dar kienu importanti; issa huma biss numri u kategoriji. Anke li tkun Kattoliku jidher li tieħu t-tieni post wara li tkun migranti, u għalhekk imutu kuljum biex uliedhom ikollhom iċ-ċans ta’ ħajja mingħajr bombi, demm u persekuzzjoni.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-04/via-crucis-good-friday-meditations-rome-pope-families.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading