Il-Papa lin-Neokatekumenali: Kunu doċli mal-Ispirtu u ubbidjenti lejn Ġesù

Print Friendly, PDF & Email

Wara l-għeluq tal-10 Laqgħa Dinjija tal-Familji, l-Papa Franġisku, t-Tenjn kellu udjenza speċjali mal-membri tal-Mixja Neokatekumenali, li matulha bagħat 430 familja mill-Mixja Neokatekumenali għall-missjoni. Għall-attività festiva fis-Salta tal-Udjenza Pawlu VI, kien hemm mal-5,500 membru tal-għaqda mill-ħames kontinenti, fosthom familji mill-Ukrajna mifnija mill-gwerra, akkumpanjat mill-isqof tagħhom, kif ukoll familji Neokatekumenali mid-Djoċesi ta’ Ruma.

Iċ-ċerimonja ġiet introdotta mill-inizjatur tal-moviment u mexxej internazzjonali, Kiko Argüello, li ħa l-opportunità biex jinforma lill-udjenza u lill-Papa li l-Arċidjoċesi ta’ Madrir waslet biex tħabbar uffiċjalment il-konklużjoni tal-fażi djoċesana tal-proċess ta’ beatifikazzjoni tal-ko-fundatur tal-Camino, il-mibkija Carmen Hernández (1930-2016). Il-proċess beda fl-2021.

Waqt li indirizza lill-parteċipanti, l-Papa Franġisku ħeġġiġhom biex ikomplu bil-ħidma missjunarja tagħhom biex iwaslu l-Evanġelju ta’ Ġesù f’dinja sekularizzata, taħt il-gwida tal-Ispirtu s-Santu, filwaqt li jirrispettaw il-kuntesti kulturali diversi li jgħixu fihom. Filwaqt li nnota lid-diversitá kulturali hija “r-rikkezza għall-Knisja” u li l-Inkarnazzjoni ta’ Kristu għandha sinifikat għall-popli u l-kulturi kollha, l-Papa enfasizza l-importanza tal-għaqda fid-diversitá fil-Knisja.

“L-Evanġelju ta’ Ġesù jadatta għal kulturi differenti iżda għadu l-istess”, qal. Imbagħad sejjaħ lin-Neokatekumenali biex dejjem ikunu “doċili għall-Ispirtu u ubbidjenti lejn Ġesù”.

“Dejjem fil-Knisja u mal-Knisja”.

F’dan ir-rigward, kompla enfasizza l-ħtieġa li jaħdmu f’komunjoni mal-isqfijiet rispettivi tagħhom, li huma l-“kapijiet” tal-Knejjes lokali. “Qatt tinsew il-ħarsa ta’ Ġesù”.

Fi tmiem il-laqgħa, l-Papa bagħat 430 “missjoni ad gentes” ġodda biex iħabbru l-Evanġelju f’diversi partijiet tad-dinja, berkilhom is-Slaleb tal-Missjoni u l-familji ma’ wliedhom.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-06/pope-neocatechumenals-be-docile-to-the-spirit-obedient-to-jesus.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading