Il-Papa se jibgħat lis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan fis-Sudan t’Isfel u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn filgħaxija, l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħabbar li l-Papa Franġisku “iddeċieda li jibgħat lis-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Pietro Parolin, Kinshasa u Juba, sabiex juri l-qrubija tiegħu mal-popli maħbubin tal-Kongo u tas-Sudan t’Isfel”. Dan ħabbru, wara li l-Papa kellu jipposponi l-Vjaġġ Appostoliku tiegħu lejn dawn in-nazzjonijiet Afrikani minħabb uġigħ qawwi fl-irkoppa, kif ukoll fuq l-insistenza tat-tobba tiegħu.

Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan se jagħmel iż-żjara flok il-Papa mill-1 sat 8 ta’ Lulju. Iż-żjara tal-Kardinal Parolin se ssir fil-perjodu meta oriġinarjament kien skedat is-37 Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku.

Fit-3 ta’ Lulju, l-Papa madankollu se jiċċelebta Quddiesa mal-komunità Kongoliża f’Ruma, fl-istess jum li fih kien se jippresiedi Quddiesa f’Kinshasa. Huwa għamel din l-aħbar fit-13 ta’ Ġunju meta ltaqa’ mal-parteċipanti fil-Kapitlu Ġenerali tal-Missjunarji fl-Afrika, fis-Sala Klementina fil-Vatikan.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-06/pope-to-send-cardinal-secretary-of-state-to-south-sudan-drc.html

%d bloggers like this: