Appell għal donazzjoni ta’ karozzi għal Fondazzjoni Sebħ

Print Friendly, PDF & Email

Fondazzjoni Sebħ qed tappella għal donazzjoni ta’ karozzi għat-trasport ta’ tfal u nisa li joqogħdu fix-xelters tagħha sabiex ikunu jistgħu jattendu attivitajiet extra kurrikulari, appuntamenti u jistgħu jagħmlu qadjiet oħrajn.

Din l-entità tal-Knisja bħalissa tmexxi erbat idjar residenzjali fil-Ħamrun, Ħaż-Żabbar u ż-Żurrieq għal tfal u żgħażagħ u toffrilhom ambjent sigur ta’ trobbija u ta’ mħabba. Fondazzjoni Sebħ tmexxi wkoll xelter tat-tieni stadju li jilqa’ nisa u lil uliedhom li esperjenzaw xi tip ta’ vjolenza, fosthom vjolenza domestika, traffikar tal‑bnedmin, prostituzzjoni sfurzata kif ukoll abort sfurzat. Il-fondazzjoni toffri wkoll servizz ta’ ħidma soċjali ta’ prevenzjoni u sapport fil‑komunità fil‑Ħamrun u l‑Marsa.

Kull min jixtieq jgħin lil Fondazzjoni Sebħ jista’ jċempel fuq 79375660 jew permezz tal-metodi ta’ hawn taħt:

Bank Transfer: Fondazzjoni Sebh – APS Bank – MT94APSB77046002155512155530019, Narrative – Cars

BOV Pay: 79375660

SMS: 50618950 – €6.99; 50619220 – €11.65

PayPal: paypal.me/FondazzjoniSebh

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading