Periklu li tintefa l-fjamma tal-fidi.

Print Friendly, PDF & Email

Vatikan, 27 Jannar 2012:

“F’partijiet kbar tad-dinja l-fidi għaddejja mill-periklu li tintefa bħal fjamma li qed jispiċċalha il-fjuwil. Qegħdin niffaċċjaw kriżi profonda ta’ fidi u telfien tas-sens reliġjuż, u dan huwa l-akbar sfida għall-Knisja llum.

“Għalhekk it-tiġdid tal-fidi irid ikun il-prijorità fl-impenn tal-Knisja kollha fi żminijietna.  Nittama li s-Sena tal-Fidi, bil-kollaborazzjoni mill-qalb ta’ dawk kollha li jiffurmaw il-Poplu ta’ Alla,  tkun tista’ tikkontribwixxi biex terġa tagħmel lil Alla preżenti mill-ġdid f’din id-dinja u biex tiftaħ għall-bnedmin l-aċċess għall-fidi u għall-fiduċja f’dak Alla li ħabbna sa l-aħħar, f’Ġesù Kristu msallab u rxoxt.”

Minn diskors li l-Papa Benedittu XVI għamel lill-parteċipanti fil-laqgħa plenarja tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.  Ġimgħa 27 ta’ Jannar 2012.

Taħseb li bħala nisrani/ja, inti tista’ tagħmel xi ħaġa biex din il-fjamma tal-fidi ma tintefiex?

  • Fil-familja tiegħek…
  • Fuq il-post tax-xogħol…
  • Fil-ħanut mnejn tixtri…
  • Mal-ġirien u mal-ħbieb…
  • Fil-parroċċa jew fl-għaqda li tattendi…
  • Fil-Knisja, mhux biss dik tal-ġebel, imma wkoll dik ħajja…

Iktbilna …>

6 thoughts on “Periklu li tintefa l-fjamma tal-fidi.”

  1. Jiena naqbel ma` dak li qalu ta` qabli u ghandna naghmlu hilitna biex il-hajja spiritwali taghna tkompli dejjem tikber, ghax ahna qeghdin f`mixja ma` Gesu` li trid tibdilna kontinwament ghal ahjar. Jekk il-Kelma t`Alla mhux inhalliha tmissni fil-laham il-haj u nemmen li bil-qawwa ta` l-Ispirtu s-Santu tista` tfejjaqni biex insir nixbah iktar lil Gesu`, allura mhux inhalliha taghmel il-frott fija. Imbaghad meta nkun nitkellem ma` xi hadd li mhux jghix il-Kelma ta` Alla, bhal ezempju, nuqqas ta` mahfra, nkun nista` niftahlu ghajnejh bil-kelma t-tajba, bhalma nixtieq li jekk nizbalja jien, insib min jghinni. Nahseb b`hekk nistghu nghixu fidi hajja fil-paci, b`ferh u entuzjazmu, biex kulhadd jersaq iktar lejn Alla u jasal biex igawdih ghal-eternita`, kif jixtieq Alla stess

  2. Il-Fidi hija rigal li rċivejnieħ mhux mertu tagħna. Propju fl-10 ta’ Frar, 2012 fakkarna l-wasla ta’ San Pawl fil-gżejjer tagħna. Rakkont mill l-isbaħ kif il-providenza t’Alla waslet lil Kbir Appostlu San Pawl biex ħabbrilna il-messaġġ ta’ Kristu u t-tagħlim tiegħu.
    Kull wieħed/waħda minnha obbligati li nikkuraw dan id-don kbir tal-fidi. Il-fidi tiġi mis-smiegħ tal-kelma t’Alla. Il-fjamma tal-fidi tieħu ħsiebha. Important it-talb u l-frekwenza tas-sagramenti li huma l-għajn ta’ kull grazzja. Bħalma d-dar, il-karozza, il-persuna tagħna, etc. etc għandhom bżonn il-kura u l-attenzjoni, hekk ukoll il-fidi.

    Aħna l-imgħammdin obbligati li nwasslu lil Kristu kull fejn nkunu, u dan nistaw nagħmlu b’ħafna modi, bil-kelma ħelwa tagħna, u l-eżempju tajjeb tagħna.

    Tagħlim hawn kemm trid u fid-dover li tfixxu. Il-Knisja mhix is-saċerdoti u reliġjużi biss. Il-Knisja aħna lkoll li ġejna mghammdin.
    Irridu nkunu ġebel ħaj, melħ ta’ l-art u dawl għal l-oħrajn.

    Alla sejjer jiġġudikana fuq l-opri tal-ħniena u fuq kemm ħaddiemna t-talenti u d-doni li tagħna.

    Irridu nagħmlu d-doveri tagħna skond l-istat tagħna. Bħala ‘INSARA’ fid-dover li nkunu xhud ta’ Kristu kull fejn inkunu, fuq ix-xogħol, fit-triq, fil-ħanut, etc. iġifieri kull fejn inkunu.

    Grazzi u prosit lil dawk li jaħdmu bil-qalb biex iwasslu lil Kristu.

  3. Iva kulhadd jista jaghmel xi haga kull fejn ikun. Lill Gesu Kristu tista twasslu lil kulhadd kull fejn tkun, lewwel nett, billi titghallem kif ghandek tixbhu l-ewwel u bhekk tkun qed taghti xhieda tat taghlim tieghu, u tieni trid tkun smajt fuq Gesu Kristu u aktar u aktar trid tkun garrabt esperenjenza ta Gesu Kristu f’hajtek, sabiex turi li lilel Gesu Kristu wkoll habbek hekk kif int, bla ma qaghad jara l’ucuh l-ewwel. Biex thabbar lil gesu kristu hawn iva evangelizzazjoni fejn tisma fuqu, billi tisma katekezijiet ghal adulti li jwassluk ghal fidi adulta, ghax il fidi taghna baqet infanatili, fejn isiru laqat kontinwi, fejn int tkun tista tikber fil fidi.Nhoss li jekk il kappilani jonqsu li jaccettaw dawn il katekezijet bi prejudizju, qed icahdu lil poplu mill kelma t’alla, li twasslek biex tkun taf vera Gesu Kristu minn hu. Gesu Krisut juru lilu nnifsu lil bniedem jekk ittih cans.

    Grazzi hafna.

  4. Il-Fidi mhux kemm tghid temmen biss, imma trid tkun attiva. Trid tippratika is-sagramenti, tkun midhla tal-Kelma t’Alla billi taqra il-Kotba Mqaddsa b’hekk tkun taf iktar lil Gesu’ u nimxu fuq il-passi tieghU. Tiddjalaga ma’ Alla permezz tat-talb. Tajjeb ukoll li naqraw il-hajja tal-qaddisin. U fuq kollox inkunu xhieda bl-ezempju taghna stess halli b’hekk inwasslu l-fidi lil ohrajn.

  5. Biex nikber fil- Fidi irrid inkun qrib ta Dak li jista jkabbarni fil- fidi , Relazzjoni ma GESU , fit- talb ,qari tal – kelma tá Alla ,u sagramenti .Fidi tigi mis -smigh tal-kelma t;Alla .Nitolbu l- Ispirtu Santu biex igeddidna u jdawwalna .U b;hekk nistghu inwasslu ‘l fidi lil- ohrajn.
    Gesu weghdna li ser jibqa maghna sa l áhhar .

  6. Jekk ma jkollix fidi fija, kif nista’ nkompli nkebbes il-fjamma tal-fidi li hemm ‘l barra minni?

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading