Il-Maratona Oħloq Tbissima. Grazzi mill-qalb.

Print Friendly, PDF & Email

Fr. Louis Mallia mssp, id-Direttur taċ-ĊAM Productions International (Cpi) u taċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja (ĊAM) minn Santa Venera, jikteb: Nirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ta sehmu fil-Maratona Oħloq Tbissima.

Grazzi mill-qalb lill-istazzjonijiet televiżivi u l-istazzjonijiet lokali tar-radju kif ukoll lill-isponsors, preżentaturi, personalitajiet, kantanti, żeffiena u oħrajn, kif ukoll lil tant voluntiera li għenu fl-oqsma diversi meħtieġa. Grazzi mill-qalb ukoll lil kull min ta l-kontribuzzjoni tiegħu biex b’hekk sa tmiem il-maratona nġabret iċ-ċifra ta’ €166,150.

Il-flus miġbura se jintużaw biex ikompli x-xogħol siewi ta’ tant missjunarji tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl f’Dar San Ġużepp, Santa Venera, kif ukoll fil-Perù, fil-Pakistan u fil-Filippini.

Jekk hemm min għadu jixtieq jagħti donazzjoni, sal-aħħar ta’ Lulju, jista’ jagħmel dan billi jċempel 5160 2004 għal donazzjoni ta’ €10, 5170 2007 għal donazzjoni ta’ €15 u 5180 2009 għal donazzjoni ta’ €25. Wieħed jista’ jibgħat ukoll SMS fuq numru 5061 8099 għal donazzjoni ta’ €4.66. Min jixtieq jagħmel donazzjoni online jista’ jagħmel dan billi jżur is-sit www.ohloqtbissima.com.

Fl-aħħar ta’ Lulju tiġi mħabbra ċ-ċifra totali.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading