Kappillan ġdid għall-Parroċċa tas-Swatar

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd, 1 ta’ Ottubru 2017:  L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Robert Grech bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ Preca, is-Swatar. 

76 DUN ROBERT GRECHDun Robert Grech twieled San Ġiljan fl-4 ta’ Lulju 1977, u rċieva l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola statali ta’ San Ġwann. Studja l-Filosofija fis-Seminarju Pawlu VI ta’ Brescia, it-Teoloġija fl-Università Pontifiċja Teresianum f’Ruma, u t-Teoloġija Pastorali fl-Università ta’ Malta. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Ġunju 2003.

Fil-bidu tal-ħidma pastorali tiegħu Dun Robert serva f’diversi parroċċi kif ukoll bħala direttur spiritwali fl-iskejjel sekondarji. Fl-2010 beda jservi bħala viċi kappillan fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan u fl-2013 bħala viċi kappillan fil-Parroċċa tas-Swatar.
Il-Parroċċa tas-Swatar tiġbor fiha madwar 5,600 persuna f’1,600 familja.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading