Il-Knisja Kattolika fin-Nikaragwa tinsab taħt persekuzzjoni

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta 24 ta’ Lulju 2018: L-Isqfijiet tal-Amerika Latina qed jiltaqgħu biex jiddiskutu jekk ikomplux id-djalogu nazzjonali hekk kif is-sitwazzjoni politico/soċjali qed teħżien minħabba protesti ma jaqtgħu xejn kontra l-president. Il-Knisja Kattolika fin-Nikaragwa tinsab taħt persekuzzjoni mir-reġim tal-President Daniel Ortega.

Dan affermah il-Kardinal Leopold Brenes Solorzano, president tal-Konferenza Episkopali tal-pajjiż u tal-kummissjoni għad-djalogu nazzjonali, nhar il-Ħadd li għadda, jum li fih l-Amerika Latina kollha kienet qed titlob għall-paċi fin-Nikaragwa minħabba l-kriżi li laqtet dal-pajjiż minn April li għadda u li diġà ħalliet 360 vittma,

Il-Kardinal qal li diġà seba’ isqfijiet sfaw vitmmi ta’ attakki minn mindu l-kulleġġ episkopali talab lill-presdent Ortega biex jantiċipa l-elezzjonijiet li suppost imiss isiru fl-2021, bl-għan li tintemm il-kriżi politika u soċjali li qed taħkem il-pajjiż.

L-isqfijiet qed janaliżżaw is-sitwazzjoni u jaraw ikomplux id-djalogu nazzjonali wara li l-president Ortega akkużahom pubblikament li jridu jwaqqgħu r-reġim tiegħu.

Min-naħa tal-Istati Uniti qed jingħad li hemm possibbiltà li tfaqqa’ gwerra ċivili u qed jakkużaw lil Ortega li se jċappas idejh bid-demm, minħabba r-ripressjoni u minħabba li qed jirrifjuta li jantiċipa l-elezzjonijiet għas-sena li ġejja kif mitlub mill-isqfijiet.

L-assoċjazzjoni tad-drittijiet umani tan-Nikaragwa qed issostni li l-gvern hu insensibbli għat-tbatija tant li qed jhedded lill-ommijiet ta’ min intefa’ l-ħabs waqt il-protesti, ħabsijiet li skont l-oppożizzjoni saru mkejjen ta’ torturi.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading