Lectio Divina għall-Ewwel Ħadd tar-Randan, Sena “Ċ”

Vanġelu: (Lq 4, 1-13): Meta naħsbu fuq ix-xitan, inpinġu mostru tal-biża’. Kieku jippreżenta ruħu hekk, ħadd  ma jisma’ minnu. Il-gwaj hu li juri ruħu f’forma attraenti, u mhux kulħadd jinduna bil-maskri li jinħeba warajhom. Jiġi jsefsiflek: “Jien nixtieqlek il-ġid. Irridek tkun ferħan. Mela għamel kif ngħidlek.” Fil-Ġenesi, hu mpinġi bħala serp. Mhux għall-velenu li jista’ jtina imma għax, peress li jbiddel qoxortu kull sena, kienu jaħsbu li jġedded ħajtu mill-ġdid, u b’hekk jgħix għal dejjem. F’xi kulturi, allura, is-serp kien meqjuż li kellu s-sigriet tal-ħajja ta’ dejjem, u kellu l-qawwa li din jagħtiha lil min irid.

aktar