“Għix il-Misteru Ewkaristiku”.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa lill-Knisja ta’ Ċili: “Għix il-Misteru Ewkaristiku”.

Ħames mitt sena ilu, fil-11 ta’ Novembru 1520, Fray Pedro de Valderrama, wieħed mill-kappillani tal-espidizzjoni tal-esploratur Portugiż Hernando de Magallanes, offra s-Sagrifiċċju tal-Quddiesa għall-ewwel darba fl-art li issa hija Ċili. Għal din l-okkażjoni, l-Papa Franġisku bagħat ittra lill-Isqof Bernardo Bastre Florence, li fid-Djoċesi ta’ Punta Arenas ġiet iċċelebrata l-liturġija.

“L-anniversarju tal-ewwel Quddiesa hija data storika”, kiteb il-Papa, “mhux biss għad-Djoċesi ta’ Punta Arenas, iżda għall-Knisja Kattolika kollha fiċ-Ċili”. Waqt li kwota l-Konċilju Vatikan II, il-Qdusija tiegħu nnota “li hija mill-Ewkaristija, bħal minn fonti, l-grazzja titferra fuqna; u l-qdusija tal-bnedmin fi Kristu u l-glorifikazzjoni t’Alla…. tinkiseb bl-iktar mod effikaċi possibbli.”

Għalkemm il-pandemija COVID-19 għamlitha mpossibli li ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju jsiru fuq skala kbira, l-Papa Franġisku madankollu qal lill-poplu taċ-Ċili, li “ma’hemm ebda ostaklu li jista’ jsikket il-gratitudni li toħroġ mill-qlub tagħkom lkoll, ulied tal-Knisja pellegrina fiċ-Ċili, li bil-fidi u bl-imħabba ġġeddu d-dedikazzjoni  tagħkom lill-Mulej, bit-tama ċerta li Hu jkompli jakkumpanja l-vjaġġ tagħkom matul l-istorja kollha”. Il-Papa ħeġġiġhom “biex jgħixu ċ-ċelebrazzjoni tal-Misteru Ewkaristiku, li jgħaqqadna ma’ Ġesù, b’dawl t’adorazzjoni u radd il-ħajr lill-Mulej, għaliex huwa l-prinċipju ta’ ħajja u għaqda ġdida, li jħeġġiġna nikbru f’servizz fratern lill-ifqar u l-aktar diżeriti tas-soċjetà tagħna”.

L-ittra tal-Papa Franġisku nqrat il-Ħadd waqt iċ-ċelebrazzjoni Ewkarstika, preseduta mill-Isqof Bastres fejn fakkar l-ewwel Quddiesa fiċ-Ċili. Waqt il-liturġija, l-Isqof Bernardo Bastres ħabbar lid-Djoċesi ser tieħu f’idejha residenza tal-anzjani Ġwanni Pawlu II f’Hogar de Cristo, li kienet fil-periklu li tagħlaq. L-Isqof iddeskriva din il-mossa bħalha ‘sinjal’ li waqt il-500 sena anniversarju tal-ewwel Quddiesa fil-pajjiż, id-Djoċesi qed timpenja li tagħti l-għajnuna lill-anzjani “għax aħna nagħrfu l-Mulej fihom”. Hu kompla, “huma l-foqra u l-abbandunati, nklużi bosta li m’għandhom l-ebda vuċi fis-soċjetà tagħna u huma solitarji u morda, li rridu nistiednuhom fuq il-mejda komuni tal-kommunitajiet tagħna”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-11/pope-to-church-in-chile-live-the-eucharistic-mystery.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading