Laqgħa tal-Papa ma’ saċerdot li nħeles wara sentejn maqbud.


Il-Papa jiltaqa’ ma’ saċerdot missjunarju li nħeles wara sentejn maqbud.

It-Tnejn 9 ta’ Novembru 2020: Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma Fr. Pierluigi Maccali, membru tas-Soċjetà tal-Missjonijiet Afrikani, li nħeles wara sentejn li kien ġie maħtuf fin-Niger. “Kienet laqgħa sabiħa ħafna. Kont emozzjonat ħafna, speċjalment meta għidt lill-Papa dak li kont għext”, hekk stqarr Fr Maccali lil Vatican News.

Fr Maccali qal ukoll li rringrazzja lill-Papa għat-talb tiegħu u wieġbu hekk: “aħna appoġġajniek, imma int appoġġajt il-Knisja. Kont bla kliem quddiem dawn il-kelmiet. Jien, daqsxejn ta’ missjunarju, u hu qalli hekk. Tassew ħallieni bla kliem”, qal il-missjunarju.

Fr Maccalli kien qed iservi fil-parroċċa ta’ Bomoanga, fin-Niger, meta f’Settembru tas-sena 2018 ġie maħtuf minn militanti estremisti Iżlamiċi minn Jama’at Nasr al-Islam wal Muslimin, fergħa tal-al-Qaida fil-Mali. Id-destin tiegħu ma kienx magħruf għal kważi sentejn sakemm f’April li għadda filmat ta’ 23 sekonda li nħareġ mill-grupp terroristiku ta prova li għadu ħaj. Fit-8 t’ Ottubru nħeles flimkien ma tlieta oħra bħala parti minn tpartit ta’ priġunieri li saret b’medjazzjoni mill-gvern tal-Mali.

Waqt li kien qed jirrakkonta l-ħtif u l-jasar li għamel tul is-sentejn maħtuf, Fr Maccalli qal lill-Vatican News li matul dak iż-żmien, “id-dmugħ kien il-ħobż tiegħu għal ħafna ġranet u kien it-talb tiegħi meta ma kontx naf x’għandi ngħid”.

Akkumpanjat minn diversi nies, fosthom Fr Antonio Porcellato, superjur ġenerali tas-Soċjetà tal-Missjonijiet Afrikani, Fr Maccalli stqarr li waqt il-laqgħa li kellu mal-Qdusija Tiegħu, kien imqanqal mhux biss mill-kliem tal-Papa iżda wkoll minn wieħed mill-ġesti tal-Papa. “Meta sellimna lil xulxin, jien ħadtlu b’idejh”, hu qal, “imma l-Papa bisli idi wkoll. Xi ħaġa li ma kontx qed nistenniha”.

Il-missjunarju Taljan stqarr ma’ Vatican News li l-laqgħa li kellu mal-Papa nħasset bħall-“tgħanniqa ta’ missier, dan il-missier li jien inġorr miegħi fit-talb ta’ kuljum”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://cruxnow.com/vatican/2020/11/pope-meets-with-missionary-priest-freed-after-two-year-captivity/