Il-Papa dwar l-Art Imqaddsa

Print Friendly, PDF & Email

Art Imqaddsa: Il-Papa Franġisku jistieden lill-Knisja kollha biex titlob għall-paċi

Is-Sibt filgħaxija, l-Knisja Universali se tkun qed tingħaqad fit-talb mal-Kattoliċi tal-Art Imqaddsa. L-Papa Franġisku stieden lill-Knejjes madwar id-dinja biex jitolbu għall-paċi fl-Art Imqaddsa, u jingħaqdu mal-Kattoliċi fil-Belt Imqaddsa għal-Velja ta’ talb fil-Vġili ta’ Pentecoste.

“Il-ħsibijiet tiegħi,” qal il-Papa, “jmur għal dak li qed jiġri f’dawn il-jiem fl-Art Imqaddsa. Nirringrazzja lil Alla għad-deċiżjoni li tieħdet biex jintemm l-ġlied, u nispera li t-toroq tad-djalogu u l-paċi jipproċedu. Għada filgħaxija, l-Ordinarji Kattoliċi tal-Art Imqaddsa se jiċċelebraw flimkien mal-fidili tagħhom il-Velja ta’ Pentekoste fil-Knisja ta’ San Stiefnu f’Ġerusalemm, u jitolbu għad-don tal-paċi.”

Il-Qdusija Tiegħu talab, “biex ir-Rgħajja u l-fidili kollha tal-Knisja Kattolika jingħaqdu magħhom fit-talb. Jalla t-talba għall-Ispirtu s-Santu titqajjem f’kull komunità sabiex l-Iżraeljani u l-Palestinjani jsibu t-triq tad-djalogu u l-maħfra, kif ukoll biex ikunu paċenzjużi u jibnu l-paċi u l-ġustizzja u jiftħu, pass pass, għal tama komuni, biex jgħixu flimkien bħal aħwa.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-05/pope-francis-appeals-bishops-pray-for-peace-holy-land.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading