Il-Papa Franġisku fil-Laboratorju tal-Paċi mal-migranti

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd, wara li ltaqa’ privatament ma’ grupp ta’ Ġiżwiti fin-Nunzjatura, l-Papa Franġisku beda it-tieni jum tiegħu f’Malta bi żjara fil-Grotta ta’ San Pawl, fir-Rabat, fejn waqaf jitlob lill-Appostlu, sellem lill-mexxejja reliġjużi, u ltaqa’ ma’ grupp ta’ persuni morda.

It-tradizzjoni tgħid li l-Appostlu baqa’ hawn tliet xhur wara n-nawfraġju fil-gżira fi triqtu lejn Ruma u ppriedka, għammed u fejjaq lill-morda, fejn ż-żera’ l-Kristjaneżmu f’Malta. Is-sit, li hu maħsub li għandu kwalitajiet mirakolużi, żaru wkoll il-Papa San Ġwann Pawlu II, u l-Papa Benedittu XVI, waqt il-Vjaġġi Appostoliċi tagħhom fil-pajjiż tal-gżira.

Mal-waslu tiegħu fil-Bażilika ta’ San Pawl, fejn tinsab il-grotta, l-Papa Franġisku ġie milqugħ mill-Arċipriet Fr Joseph Mizzi, u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Hu kie akkumpanjat fost l-oħrajn mill-Arċisqof ta’ Malta, Charles Jude Scicluna. Fil-pjazza quddiem il-Knisja, kien hemm folla festiva ta’ fidili Maltin li laqgħuh b’tixjir ta’ bnadar tal-Vatikan.

Il-Qdusija Tiegħu, niżel fil-grotta biex jitlob quddiem l-istatwa ta’ San Pawl, li ngħatat lill-knisja fl-1748 mill-Granmastru tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Wara li xegħel lampa votiva f’forma ta’ vapur, huwa rreċita talba qasira lil San Pawl li tfakkar fl-“umanitá” u l-qalb tajba tal-poplu Malti hekk kif laqa’ lill-Appostlu tal-Ġnus, meta niżel fil-gżira.

Il-Papa Franġisku, għadda mill-Kappella ta’ San Publiju, fil-fond tal-Bażilika, fejn sellem 14-il mexxej reliġjuż, u sussegwentement daħal fil-Bażilka fejn waqaf jitlob lill-Mulej biex ikabbar il-fidi tal-poplu Malti, u ta l-Barka tiegħu.

Qabel ma telaq mill-Bażilika, l-Papa ltaqa’ ma’ grupp ta’ madwar 20 persuna marida u vulnerabbli assistiti mill-Caritas Malta. Imbagħad telaq lejn il-Furjana, fejn iċċelebra Quddiesa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-francis-prays-at-grotto-of-st-paul.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading