Il-Papa jirringrazzja lill-Madonna għall-Vjaġġ Appostoliku li kellu f’Malta

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn filgħodu, il-Qdusija Tiegħu, l-Papa Franġisku għamel waqfa fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore, biex jitlob quddiem l-ikona ta’ Maria Salus Populi Romani. L-Papa poġġa bukkett fjuri fuq l-artal taħt l-ikona tal-Madonna fil-Kappella Borghese, u rringrazzja lill-Verġni Marija għall-protezzjoni materna tagħha waqt iż-żjara tiegħu f’Malta. Imbagħad irritorna bil-karozza lejn id-dar tiegħu f’Casa Santa Marta, fil-Vatikan.

Il-Papa Franġisku qatta’ s-Sibt u l-Ħadd fin-nazzjon Mediterranju ta’ Malta, għal żjara li ġiet trasferita darbtejn minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Il-migrazzjoni u l-gwerra, b’xi mod, kienu fiċ-ċentru tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa. It-tema taż-żjara kienet: “Ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha”. L-Papa tkellem spiss dwar il-ħtieġa li n-nazzjonijiet jilqgħu, jipproteġu, jippromwovu, u jintegraw lill-immigranti.

Fl-ewwel attivitá tiegħu, mal-awtoritajiet ċivili, l-Papa Franġisku sejjaħ għal solidarjetá lejn in-nies miexja, u l-aħħar attivitá tiegħu, faħħar eżempju konkrett ta’ dak li ried ifisser, meta żar iċ-ċentru tal-immigranti – Laboratorju tal-Paċi, Ġwanni XXIII.

Min-naħa l-oħra, l-Papa tkellem bil-qawwa kontra l-gwerra, u sejħilha “sakrilega”. Waqt li kellem lill-ġurnalisti fit-titjira tar-ritorn lejn Ruma, huwa lmenta dwar il-“mudell ta’ gwerra” li jwassal lill-gvernijiet biex jonfqu l-flus fuq l-armi u jinjoraw is-sagru tal-ħajja umana, anke taż-żgħażagħ.

L-aħħar kliem pubbliku tal-Papa Franġisku waqt il-Vjaġġ Appostoliku tiegħu li kellu f’Malta kien wieħed mimli bl-uġigħ:

“Ninsab imnikket. Aħna qatt ma nitgħallmu. Jalla l-Mulej ikollu ħniena minna, minna lkoll. Kull wieħed minna huwa ħati!”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-francis-malta-return-saint-mary-major-gratitude.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading