Papa Franġisku: Is-saċerdoti għandhom jagħtu xhieda tal-maħfra ta’ Kristu

Print Friendly, PDF & Email

L-istaff u s-seminaristi tal-Kulleġġ Pontifiċju Tewtono (Ġermaniż) iltaqgħu mal-Papa Franġisku fl-okkażjoni tal-500 sena anniversarju mill-elezzjoni papali tal-Papa Adrian VI, li kien l-aħħar Papa ‘mid-dinja Ġermanika’ qabel Benedittu XVI.

Imwieled f’Utrecht f’dik li llum hija l-Olanda u mbagħad parti mill-Qaddis Imperu Ruman, il-futur Papa Adrian VI aġixxa bħala għalliem għall-Imperatur futur Karlu V. Huwa ġie elett Papa bħala kandidat ta’ kompromess bejn il-fazzjonijiet rivali tal-kardinali Franċiżi u Spanjoli, u serva bħala Papa u ħakkiem tal-Istati Papali għal inqas minn sentejn.

Meta kellem lis-seminaristi Ġermaniżi, l-Papa Franġisku fakkar fil-pontifikat ta’ Adrian VI u l-wirt li ħalla matul ir-renju qasir tiegħu fl-1522 sal-1523. “Huwa fittex li jippromwovi fuq kollox ir-rikonċiljazzjoni fil-Knisja u fid-dinja, billi jwettaq il-kliem ta’ San Pawl li skontu Alla afda l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni f’idejn l-Appostli”.

Il-Pontifikat tal-Papa Adrian VI kien ikkaratterizzat mir-Riforma Protestanta u t-theddida fil-Lvant ta’ aktar konkwisti mill-Ottomani. L-Papa Franġisku nnota li l-predeċessur tiegħu għamel sforz biex jirrikonċilja mal-Luterani, u saħansitra talab pubblikament maħfra għad-dnubiet tal-membri tal-Kurja Rumana, li kienu wasslu għat-taqlib fil-Knisja. Huwa fittex ukoll distensjoni bejn il-ħakkiema Franċiżi u Spanjoli biew iwarrab it-theddida maħluqa mill-forsi Ottomanti.

Minkejja l-isforzi ta’ Adrian VI, l-Papa Franġisku nnota li l-mewt prematura tiegħu żammitu milli jwettaq xi wieħed minn dawn il-proġetti. “Madankollu, ix-xhieda tiegħu bħala ħaddiem bla biża’ u bla heda għall-fidi, l-ġustizzja u l-paċi tibqa’ mwaħħla fil-memorja tal-Knisja”, qal il-Qdusija Tiegħu. L-Papa għamel dak l-eżempju għas-seminaristi Ġermaniżi, li għadu jgħodd illum ukoll, u qal li Adrian VI joffri motivazzjoni għall-vokazzjoni tagħhom stess bħala qaddejja ta’ Kristu.

“Jalla l-Mulej isostni l-ministeru tagħkom, u jwassalkom għal fidi li dejjem aktar tkunu msejsa fl-imħabba Tiegħu, għixu bil-ferħ u b’dedikazzjoni. Meta wieħed iqis il-kura tiegħu li jippromwovi l-ftehim u r-rikonċiljazzjoni, inħeġġiġkom biex isegwu t-triq tiegħu speċjalment bħala ministri tas-Sagrament tal-Penitenza”.

Il-Papa Franġisku temm ir-rimarki tiegħu lill-membri tal-Kulleġġ Ġermaniż billi fakkarhom fil-bżonn li jisimgħu l-qrar “b’imħabba, għerf, u ħafna ħniena”. “Dan huwa mportanti”, żied jgħid. “Ix-xogħol tal-konfessur hu li jaħfer, mhux tortura. Kunu mimlijin ħniena, kbar fil-maħfra, hekk kif tridkom il-Knisja”. Il-Papa qal li l-qaddejja tajbin kollha tal-maħfra ta’ Kristu għandhom ikunu jafu “jaħfru lill-oħrajn, ikunu ħanina fir-relazzjonijiet tagħhom, u jkunu bnedmin ta’ paċi u komunjoni”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-francis-teutonic-college-reconciliation-forgiveness.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading