Papa Franġisku: Il-ġustizzja trid takkumpanja dejjem it-tfittxija għall-paċi

Print Friendly, PDF & Email

Il-membri tal-Kunsill Għoli tal-Ġudikatura tal-Italja (Consiglio superiore della magistratura, CSM, li jirregola l-ġudikatura ordinarja fil-pajjiż) huma msejħa għal “missjoni nobbli u delikata”, hekk qal il-Papa Franġisku, waqt l-udjenza li kellu mal-Kunsill, il-Ġimgħa 8 ta’ April. Għandhom ir-responsabbiltà li jwieġbu għat-talbiet tal-poplu għall-ġustizzja, li min-naħa tagħha titlob il-verità, l-fiduċja, l-lealtà, u l-purità tal-intenzjoni.

Dawk fdati bl-amministrazzjoni tal-ġustizzja huma bl-istess mod imsejħa biex jisimgħu “l-għajta ta’ min m’għandux vuqi u li jsofri l-inġustizzja,” żied jgħid il-Papa, filwaqt li nnota li l-vokazzjoni tagħhom hija dmir għas-servizz tad-dinjità umana u l-ġid komuni. L-Qdusija Tiegħu, fakkar li l-idea stess ta’ “ġustizzja,” li tagħti lil kulħadd dak li hi dovut lilu, hija msejsa fit-tradizzjoni, iżda li l-fehim ta’ dak li hu proprju dovut lill-ieħor inbidel fi żminijiet u postijiet differenti. Fit-tradizzjoni biblika, qal: “dak li hu dovut hu li nirrikonoxxu d-dinjità tal-bniedem bħala sagru u invjolabbli”.

Meta kkunsidra l-ħtieġa ta’ riforma perjodika tas-sistema tal-ġustizzja, l-Papa Franġisku fakkar lil Santa Katarina ta’ Siena, waħda mill-qaddisin patruni tal-Italja, li għallmet li biex wieħed jirriforma xi ħaġa, l-ewwel irid jirriforma lilu nnifsu. Fil-kuntest ta’ riforma tas-sistema ġudizzjarja, qal il-Papa, dan ifisser li tistaqsi “għal min” tiġi amministrata l-ġustizzja, “kif” tiġi amministrata, u “għaliex” tiġi amministrata.

Il-Qdusija Tiegħu li l-mistoqsija “għal min” timplika relazzjoni, filwaqt li jinnota li hekk kif fid-dinja tagħna saret aktar konnessa, paradossalment saret aktar frammentat. F’dan il-kuntest, il-ġustizzja riparatriċi, ibbażata fuq ir-relazzjonijiet, tista’ tiġi rikonoxxuta bħala “l-uniku antidotu veru għall-vendetta u l-oblivizzjoni, għax tħares lejn il-komposizzjoni mill-ġdid ta’ rabtiet miksura u tippermetti r-reklamazzjoni tal-art imtebba’ bid-demm tal-aħwa”.

Bl-istess mod, il-kwistjoni ta’ “kif” tiġi amministrata l-ġustizzja fil-prattika tista’ tgħaddi minn bosta riformi, filwaqt li tirrikonoxxi li l-paċi tista’ tkun ibbażata biss fil-ġustizzja. U mbagħad, bi tweġiba għall-mistoqsija “għaliex” wieħed jaġġixxi b’ġustizzja. L-Papa Franġisku appella lill-kuxjenza ta’ min jamministra l-ġustizzja, jrid jinsisti b’impenn lejn il-ġustizzja li jrid jiġi internalizzat, parti mill-identità personali u soċjali tiegħu.

Filwaqt li fakkar fil-figura ta’ Salamun mit-Testment il-Qadim, il-Papa Franġisku qal li l-ġustizzja trid tkun “l-għan ta’ min jixtieq jiggverna bil-għaqal, filwaqt lid-dixxerniment huwa l-kundizzjoni biex wieħed jiddistingwi t-tajjab mill-ħażin”.

Fl-aħħarnett, il-Papa offra l-eżempju pożittiv u konkret l-Imħallef Rosario Livatino, l-ewwel imħallef li ġie formalment beatifikat, li “fid-djalettika bejn ir-rigorożità u l-konsistenza min-naħa l-waħda, u l-umanità min-naħa l-oħra… kien iddeskriva l-idea tiegħu ta’ servizz fil-ħsieb tal-ġudikatura tan-nisa u l-irġiel kapaċi jimxu mal-istorja u fis-soċjetà,” bl-imħallfin u l-mexxejja ċivili “msejħin biex iwettqu l-ħidma tagħhom skont il-ġustizzja”. Il-Beatu Rosario, li kien assassinat mill-mafja fl-1990, ħallielna mhux biss “xhieda kredibbli,” qal il-Papa, iżda idea ċara ta’ x’għandha tkun il-ġudikatura.

Il-Papa Franġisku spjega, li “l-ġustizzja, għandha dejjem takkumpanja t-tfittxija għall-paċi, li tippresupponi l-verità u l-libertà”.

Waqt li indirizza direttament lill-membri tal-Kunsill Għoli, l-Papa Franġisku temm billi esprima t-tama tiegħu li “s-sens ta’ ġustizzja mrawwem bis-solidarjetà ma’ dawk li huma l-vittmi tal-inġustizzja, u msaħħaħ mix-xewqa li jara saltna ta’ ġustizzja u paċi titwettaq, ma tistax tintefa fikom”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-justice-must-always-accompany-the-search-for-peace.html

%d bloggers like this: