Malta Missjunarja ta’ April 2022

Print Friendly, PDF & Email

Il-Knisja Kattolika rrikonoxxiet miraklu bl‑interċessjoni ta’ Pauline Marie Jaricot (1799‑1862) u b’hekk dalwaqt ser tkun Beata. Pauline twieldet f’Lyon fi Franza u missierha kellu fabbrika tal‑ħarir. Għalhekk, minnha nfisha hija kellha diġà sens qawwi ta’ intraprenditorija. Bħala żagħżugħa kienet tħossha miġbuda ħafna lejn l‑affarijiet materjali.

Matul ix-xahar ta’ April tista’ taqra aktar dwar din il-qaddisa, li hija waħda fost l-erba’ funndaturi ta’ Missio, fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli naqraw dwar ’l hekk imsejjaħ il-‘qattiel sieket’ tal-Albini Afrikani billi niltaqgħu ma’ Fanileti, omm Albina ta’ ħamest itfal. Artiklu ieħor ilaqqana ma’ Sor Nilcéia, li tmexxija Klinika tas‑Saħħa f’Lisanjala, raħal rurali fil‑Malawi; klinika li tipprovdi kura tas‑saħħa lill‑mijiet ta’ familji li konsistentement huma ppersegwitaw minn kwistjonijiet tas‑saħħa bħall‑malarja u l‑malnutrizzjoni.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

%d bloggers like this: