Ġwanni Pawlu II fil-Konċistorju

Print Friendly, PDF & Email

KONĊISTORJU GĦAN-NOMINA TA’ 18-IL KARDINAL
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Festa tal-Preżentazzjoni tal Mulej
L-Erbgħa, 2 ta’ Frar 1983 

Meqjumin u għeżież ħuti tal-Knisja Mqaddsa Rumana

Huwa għalija mottiv ta’ ferħ kbir il-fatt li llum, fil-jum tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, li huwa “dawl tad-dinja” (Ġw 8, 12), tiġi mogħtija lili l-okkażjoni li nwassal it-tislima lilkom ilkoll preżenti hawn fil-Vatikan. Diġa riċentement iktar drabi seħħ li Membri tal-Kulleġġ Sagru kienu msejħa f’laqgħa; minn dan joħroġ li l-importanza li titkabbar l-importanza tal-istess meqjum istitut u jkunu offruti għajnuniet validi biex jiġu solvuti kwestjonijiet important għall-utilità tal-Knisja. Imma ċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-Konċistorju hija ġrajja ta’ mportanza mhix żgħira fil-ħajja tal-Knisja; infatti jiġu maħtura Kardinali ġodda, li jiżdiedu mal-Kulleġġ tagħkom. Infatti l-“Konċistorju – biex nesprimi ruħi bil-kliem ta’ Pawlu VI, il-predeċessur tiegħi ta’ tifkira meqjuma – għandu jinħass bħala żmien gravi u sollenni ħafna (Pawlu VI, Allocutio 24 maggio 1976Insegnamenti di Paolo VI, XIV [1976] 377). Dwar dan il-fatt taf il-Familja kattolika kollha li tħares lejn din l-assembleja; anzi l-attenzjoni wkoll ta ħafna oħrajn hija mmirata lejha.

Barra minn dan dan il-Konċistorju qiegħed isir fi żmien singulari għall-Knisja, żmien li fih tiddi l-azzjoni pastorali kbira tiegħu li hija ndirizzata lill-kattoliċi kollha: ftit taż-żmien ilu kien imħabbar, kif tafu, il-Ġublew universali, billi taħbat l-1950 sena tar-Redenzjoni, u minn ftt jiem ilu ġie addottat il-Kodiċi tad-dritt kanoniku l-ġdid, opra bla dubju mmensa, li diġa kienet proġett ta’ Ġwanni XXIII u li għaliha kien ħadem ħafna. Jiena ċert li se tagħtu l-kollaborazzjoni tagħkom skont il-forzi tagħkom sabiex dawn l-opri mibdija, li m’għandhomx skop ieħor għajr it-tiġdid u t-tisħiħ tal-Knisja jilħqu l-iskop feddej tagħhom.

Il-Kardinali mħux biss jingħaqdu ma’ din is-Sedja Rumana b’titlu speċjali u huma kunsillieri speċjali u koperaturi tas-suċċessur ta’ Pietru fid-dmir apostoliku, imma huma wkoll biex ngħidu hekk l-immaġni tal-għaqda tal-istess Knisja, ladarba bl-“affett kolleggali” (Lumen Gentium, 23) huma ġew maħtura taħt il-kap viżibbli tagħha.

Barra minn hekk toħrog fil-Kulleġġ Sagru in-nota tal-universalità, propja tal-Knisja kattolika li, skont ir-rieda tal-fundatur tagħha għandha tħaddan id-dinja kollha (cf. Mk 16, 15): infatti il-Membri tal-istess Kulleġġ huma msejħa mill-kontinenti kollha minħabba d-dmir tagħhom tant wiesà u d-dinjità tagħhom. Dan il-karattru ta’ universalità huwa evidenti wkoll fil-Konċistorju tallum, inħabba li l-membri li se jiżdiedu fl-istess Senat tal-Knisja, huma msejħa mill-Afrika, mill-Amerka, mill-Asja, mill-Ewropa , mill-Oċeanja. Fost dawn hemm il-Prelati mhux biss tas-sedji famużi minħabba t-tradizzjoni kattolika antika tagħhom, imma wkoll ta’ Knejjes ġodda, bħal dik ta’ Abidjan, ta’ Bangkok, ta’ Lubango. Bl-ikbar imħabba ejjew inħarsu lejn dawn il-friegħi ġodda “tas-siġra mimlija weraq, fjorixxenti bi fjuri u frott” kif Ġwanni XXIII sejjaħ lill-istess Knisja (Ġwanni XXIII, Allocutio, 15 dicembre 1958: AAS, 1958, 982).

Imbagħad hemm fost dawk li llum se jsiru Membri tal-Kulleġġ Sagru tnejn, li lilhom gie afdat fil-Kurja Rumana inkarigu mportantissmu, li d-dmir tagħhom huwa għalhekk li jgħinu iktar mill-qrib il-Papa Ruman fir-responsabiltà tat-tmexxija tl-Knisja kollha: wieħed jippresiedi it-Tribunal tas-Senjatura apostolika, l-ieħor is-Sagra Kongregazzjoni għas-Sagramenti u l-Kult Divin.

Fl-aħħarnett, b’dan l-istess ħolqien tal-Kardinali, tqiegħed ruħha fid-dawl l-varjetà tal-ministeri, li tagħhom jieħdu ħsieb għall-ġid tal-Knisja: infatti huma fil-biċċa l-kbira, ministri tal-kult li “bl-awtorità li tiġi għandhom mingħand Alla huma mexxejja tal-merħla, li tagħha huma rgħajja” (cf. Lumen Gentium, 20), oħrajn, kif għadni kif għidt, iwettqu dmir ta’ mportanza kbira fis-Sedja Apostolika u hemm wieħed li huwa għas-servizz tal-kristjaneżmu, billi jiddedika ruħu għat-Tejoloġija u għall-istudju tas-Santi Padri tal-Knisja.

Kienu iktar numerużi dawk li fl-Ordni Sagri huma denji u iktar numerużi is-sedji arċiveskovili u veskovili denji, tal-ewwel li jingħataw id-dinjità ta’ Kardinali jew li oħrajn ikunu regolati minn Prelat mogħti b’din id-dinjità; bdanakollu dehrilna li m’għandniex niksru l-regola stabbilità minn Pawlu VI, li biha stabilixxa li n-numru tas-Santi Padri Kardinali li għandhom il-fakultà li jieħdu sehem fl-elezzjoni tal-Papa Ruman m’għandux jaqbeż il-mija u għoxrin persuna. Dak l-istess Papa żied dan il-kliem; “Nittamaw li norma ta’ dan il-ġeneru, maħsuba sew, ikollha qawwa dejjiema u li s-suċċessuri Tagħna fil- missjoni apostolika jkunu jridu jżommuha” (Pawlu VI, Allocutio, 5 marzo 1973Insegnamenti di Paolo VI, XI [1973] 192).

Issa se ngħaddi għal-lista tal-ismijiet ta’ dawk li se jidħlu fil-Kulleġġ wiesà ħafna tal-Kardinali.

Dawn huma: Antoine Khoraiche, Patriarka ta’ Antijokja tal-Maroniti; Bernard Yago, Arċisqof ta’Abidjan; Aurelio Sabattini, Arċisqof titolari ta’Ġustinjana Prima, Pro-Prefett tat-Tribunal Suprem tas-Senjatura Apostolika; Franjo Kuharic´, Arċisqof ta’ Zagabria; Giuseppe Casoria, Arċisqof titolari ta’ Vescovio, Pro-Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni għas-Sagramenti u l-Kult Divin; José Alí Lebrún Moratinos, Arċisqof ta’ Caracas; Joseph L. Bernardin, Arċisqof ta’ Chicago; Michael Michai Kitbunchu, Arċisqof ta’ Bangkok; Alexandre do Nascimento, Arċisqof ta’ Lubango u Amministratur Apostoliku ta’ Onjiva; Alfonso López Trujillo, Arċisqof ta’ Medellín; Godfried Danneels, Arċisqof ta’ Malines-Bruxelles; Thomas Stafford Williams, Arċisqof ta’ Wellington; Carlo Maria Martini, Arċisqof ta’Milan; Jean-Marie Lustiger, Arċisqof ta’ Parigi; Jozef Glemp, Arċisqof ta’ Gniezno u Varsavia; Julijans Vaivods, Amministratur Apostoliku “ad nutum Sanctae Sedis” ta’ Riga u ta’ Liepaja; Joachim Meisner, Isqof ta’ Berlin; Henri de Lubac, S. I.

Għalhekk, bl-awtorita ta’ Alla li jistà kollox, tal-qaddisin Pietru u Pawlu u tiegħi noħloq u sollennemet nipproklama Kardinali tal-Knisja Mqaddsa Rumana lil kull wieħed li għadni kemm ħtart.

Minnhom se jkollhom it-titlu djakonali Aurelio Sabattini, Giuseppe Casoria, Henri de Lubac, l-oħrajn iżda t-titlu presbiterjali. Bid-dispensazzjonijiet, derogi u klawżoli meħtieġa u opportuni. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu Santu. Amen.


Imbagħad il-Qdusija Tiegħu kkonferma fl-uffiċċju ta’ Kamerlengu tal-Kulleġġ Sagru lill-Em.mo Kardinal Massimiliano de Furstenberg.

Wara segwiet l-aħbar tan-nomini arċiveskovili u veskovili li seħhew minn l-aħħar Konċistorju tas-26 ta’ Mejju 1982. Fl-imsemmi perijodu, kif fakkar il-Papa,, ġew ipprovduti 162 Knisja, li dawn jinkludu 26 Metropolitani u 82 Veskovili residenzjali.

Il-Qdusija tiegħu, fl-aħħar ħabbar li ta’ l-approvazzjoni tiegħu għall-elezzjoni kanonika mwettqa fis-Sinodu Kopt.

B’dan il-mod intemm il-Konċistorju Sigriet, ġew miftuħa l-bibien tas-Sala u tħallew jidħlu l-Arċisqfijiet, l-Isqfijiet u s-Superjuri tal-Patrijiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Konċistorju Uniku, li jibda bil-Postulazzjoni tal-Palji Sagri.  

Postulazzjoni tal-Palji Sagri  

L’Em.mo Kardinal Sebastiano Baggio, f’isem il-Kardinal Joseph L. Bernardin, aċċetta l-Palju għall-Knisja Metropolitana ta’ Chicago.

Żewġ Avukati Konċistorjali, Vittorio Trocchi u Giuseppe Spinelli, aċcettaw il-Palju għal dawn il-Knejjes:  

PERSONALITER  

Knisja Metropolitana ta’ Gorizia u Gradisca: S. E. Monsignor Antonio Vitale Bommarco, O.F.M. Conv.;

Knisja Metropolitana ta’ Benevento: S. E. Monsignor Carlo Minchiatti;

Knisja Metropolitana ta’ Cincinnati: S. E. Monsignor Daniel E. Pilarczyk.  

PER PROCURATOREM  

Knejjes Metropolitani:  

Ribeirão Preto: S. E. Monsignor Romeu Alberti – Prokuratur: Monsignor Antonio José de Almeida;

Cebu: S. E. Monsignor Ricardo Vidal – Prokuratur: P. Henri Singayan;

Aparecida: S. E. Monsignor Geraldo Maria de Morais Penido – Prokuratur: P. José de Souza Mendes, SI;

Porto Velho: S. E. Monsignor José Martins da Silva – Prokuratur: D. José Abel Carvalho Pinheiro;

Londrina: S. E. Monsignor Geraldo Majela – Prokuratur: D. Odilo Pedro Scherer;

Malabo: S. E. Monsignor Rafael Nze Abuy – Prokuratur: Monsignor Alighiero Taddei, Minutant tas-S. Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazżjoni tal-Popli;

Barquisimeto: S. E. Monsignor Tulio Manuel Chirivella Varela – Prokuratur: Monsignor José Miguel Pinto Gomez, Prelat Uditur tas-Sagra Rumana Rota;

München und Freising: S. E. Monsignor Friedrich Wetter – Prokuratur: Monsignor Michael Höck;

Kitega: S. E. Monsignor Joachim Ruhuna – Prokuratur: Monsignor Francesco A. Mocchiutti, Minutant tas-Sagra Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal- Popli;

Palo: S. E. Monsignor Cipriano Urgel Villahermosa – Prokuratur: Monsignor Benjamin Almoneda, Rettur Kulleġġ Pontifiċju Filippin;

Ozamis: S. E. Monsignor Jesus Dosado – Prokuratur: Monsignor Pierluigi Mazzoni, Kap tal-Uffiċċju tas-S. Kongregazzjoni għall-Isqfijiet;

Sevilla: S. E. Monsignor Carlos Amigo Vallejo – Prokuratur: Monsignor Julio Garcia Velasco, Rettur tal-Kulleġġ Pontidiċju Spanjol;

Rosario: S. E. Monsignor Jorge Lopez – Prokuratur: Monsignor Alessio Luis, Sotto-Segretarjutal-Kongregazzjoni għas-Sagramenti u l-Kult Divin;

Tucumán: S. E. Monsignor Horacio Bózzoli – Prokuratur: Monsignor Alberto Testi, Kittieb tat-Tribunal Reġġjonali tal-Lazio għall-kawżi ta’ Nullità taż-żwiġijiet.  

Mat-tmiem tal-postulazzjonijiet il-Qdusija Tiegħu jistaqsi lill-Em.mo Kardinal Proto-Djaknu biex jipproċiedi, fil-għodu nhar it-3 ta’ Frar, għall-għoti tal-palji Sagri.

Iċ-ċerimonja tintemm bil-Barka Apostolika tal-Papa lil dawk preżenti.

Miġjub għall-Maltin minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading