Ġwanni Pawlu II fil-parroċċa ta’ Santa Marcella

Print Friendly, PDF & Email

VIŻTA LILL-PARROĊĊA RUMANA TA’ SANTA MARCELLA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 6 ta; Frar 1983 

1. Għeżież ħuti!

Ejjew insegwu llum il-qari tal-Liturġija tal-Ħadd billi nfittxu li niskupru dak li jgħaqqdu nternament.

Hawn hu – fl-ewwel Qari – il-profeta Iżaija li jsir xhud tal-preżenza ta’ Alla li huwa qaddis tliet darbiet. L-Anġli, l-ispirti puri, jirrendu xhieda għal din il-qdusija u lill-glorja ta’ Alla: “Qaddis, qaddis, qaddis huwa l-Mulej tal-eżerċti. L-art kollha hija mimlija bil-glorja tiegħu” ( 6, 3).

U hekk hu l-profeta jħossu konxju quddiem din il-viżjoni li huwa hu nnifsu raġel mhux dehen: “Jiena mitluf, għaliex raġel ta’ xuftejn impuri jien u f’nofs poplu tax-xuftejn impuri jiena ngħammar” ( 6, 5).

Wara li jagħraf l-għarfien tal-indinjità tiegħu, “wieħed mis-serafini” jmisslu xuftejh b’faħma li kien ħa minn fuq l-altar u qallu: “Il-ħażen tiegħek għab u d-dnub tiegħek huwa maħfur” ( 6, 7). Hekk f’dik il-viżjoni, il-profeta jisperimenta l-qdusija ta’ Alla, il-ħażen tiegħu u l-maħfra. B’dan il-mod huwa wkoll jiġi mħejji sabiex Alla jafdalu l-missjoni tiegħu: “Hawn jien, ibgħat lili” ( 6, 8).

2. B’mod ieħor Xmun Pietru jagħraf il-qdusija ta’ Alla u l-ħażen tiegħu. Dan iseħħ fl-inħawi tal-għadira ta’ Ġenezzaret, jew pjuttost diġa fuq l-għadira, meta, fuq il-kelma ta’ Kristu, l-Appostli qalgħu ‘l barra biex jistadu. Dan għamluh esklussivament fuq ordni ta’ Kristu; infatti huma stess kienu pjuttost iddubitaw dwar l-effiċjenza tal-isforzi li kienu wettqu tul il-lejl li kien għadda.

U meta din id-darba “qabdu kwantità enormi ta’ ħut u x-xbieki bdew jitqattgħu” (Lq 5, 6), u kellhom jitolbu l-għajnuna tad-dgħajsa l-oħra, allura Xmun Pietru “intefà ma’ rkubbtejn Ġesù, waqt li qallu: Mulej, tbiegħed minni li jiena midneb” (Lq 5, 8).

Bħalma lill-profeta fl-imgħoddi, hekk issa lilu ġiet rivelata l-preżenza sovrana ta’ Alla fil-ħolqien: iwriet ruħha fis-sajda mirakoluża. U permezz ta’ din il-preżenza huwa jisperimenta, l-istess bħalma darba waħda Iżaija, il-qdusija ta’ Alla flimkien mal-ħażen uman tiegħu. Sperimenta l-waħda permezz tal-oħra. U hekk, bħall-profeta – wara din l-esperjenza purifikatriċi – jħoss l-kliem: “La tibżax; minn issa ‘l quddiem se tkun sajjied tal-bnedmin” (Lq 5, 10). Huwa kien mibgħut mill-Mulej.

3. San Pawl, fl-ewwel Ittra lill-Korintin, ifakkar kif Kristu, wara l-qawmien mill-imwiet, deher f’diversi postijiet lid-dixxipli tiegħu. U jżid: “Fl-aħħar deher lili wkoll wara kulħadd, qisni twelidt mormi qabel il-waqt” (1 Kor 15, 8).

Mill-ġdid l-esperjenza tal-qdusija ta’ Alla tmur flimkien mas-sens tal-ħżunija propja ta’ dak li jkun. Pawlu jistqarr li mhux “dehen linqas li jissejjaħ appostlu, għaliex kien ippersegwita l-Knisja ta’ Alla” (1 Kor 15, 9). U jżid: “Imma bil-grazzja ta’ Alla, jien dak li jien, u l-grazzja tiegħu fija ma sefgħetx fix-xejn,għax tħabatt ħafna iktar minnhom ilkoll; għad li mhux jien, iżda l-grazzja ta’ Alla li hu miegħi” (1 Kor 15, 10).

Id-deskrizzjoni ta’ Pawlu għandha karattru retrospettiv. L-Appostlu jirreferi għall-konverżjoni tiegħu, qrib il-bieb ta’ Damasku. Hu esperimenta mela b’mod dirett il-qdusija u l-qawwa tal-Irxoxt, u fl-istess ħin il-ħażin tiegħu. Wara, din l-esperjenza tgħix fih u tiżviluppa: tant li huwa konxju tal-kobor tal-grazzja, li taħdem fih. Huwa fidil għal din il-grazzja, jikkollabora magħha, jaħden ukoll iktar mill-oħrajn. Madankollu huwa konvint li mhuwiex hu, imma l-grazzja li taħdem dak li jagħmel.

4. Fil-liturġija tallum immissu l-problemi l-iktar profondi. Il-problemi li huma l-iktar important f’kull bniedem. Ir-rapporti li jiżvolġu ruħhom bejn Alla nnifsu u r-ruħ tal-bniedem. Jiżvolġu ruħhom dejjem, ukoll jekk kultant isiru partikolarment elokwenti u espressivi. Allura jseħħ dejjem li l-bniedem jarahom b’mod iktar ċar: minn banda l-qdusija nfinita ta’ Alla; mill-banda l-oħra d-dgħufija u l-indinjità tiegħu, Wieħed jistà jgħid li l-bniedem jara mela lil Alla u lilu nnifsu fid-dawl l-iktar sħiħ. U allura jwettaq konverżjoni speċjali. Il-bniedem idur lejn Alla b’qawwa ikbar ta’ konvinżjoni u ta’ dedikazzjoni nterna. Id f’id ma’ dan iseħħ id-distakk minnu u l-purifikazzjoni l-iktar profonda.

L-eżempju tal-profeta Iżaija, l-eżempju ta’ Xmun Pietru jindikaw dan b’sempliċià kbira u qawwa. Il-kliem ta’ San Pawl jipprova kif il-bniedem, ikkonvertit profondament lejn Alla, jgħix dejjem bil-qdusija u l-grazzja tiegħu.

5. Il-parroċċa tagħkom, li jien kuntent li qiegħed inżur illum, tikkostitwixxi l-komunità tal-bnedmin mgħammda, li għalihom l-eżempju tal-profeta Iżaija, ta’ Xmun Pietru u ta’ Pawlu ta’ Tarsu għandu jkun qrib u attraenti. Infatti, xinhuwa l-iktar important jekk nhux li ngħixu fil-karità tal-komunjoni nterna ma’ Alla, biex inkunu nistgħu nikkultivaw fina nfusna l-grazzja tiegħu u nikkollaboraw dejjem magħha?

Kull nisrani huwa msejjaħ għall-qdusija, kif fakkar l-aħħar Konċilju Vatikan II. U l-komunità nisranija għandha tiddistingwi ruħha kemm bix-xewqa ħajja tal-qdusija, kif ukoll b’qima partikolari ta’ dak li huwa qaddis. Hemm bżonn niżviluppaw fina nfusna din il-qima u nsostnuha, ukoll fil-wirjiet ta’ kuljum tal-ħajja, bħal per eżempju il-mod kif inġibu ruħna fil-postijiet sagri, b’mod partikolari quddiem is-Santissmu Sagrament, jew fil-mod kif nesprimu ruħna, speċi fejn jidħol il-mod kif insemmu l-ismijiet tal-Qaddisin. Jekk jikkumpanjana s-sens profond tal-qdusija ta’ Alla, allura ħajjitna kollha tassumi kważi forma ġdida u dinjità ġdida.

Nawguralkom minn qalbi li f’din id-direzzjoni jmorru l-isforzi kemm ta’ kull wieħed u waħda mill-membri tal-Komunità parrokkjali tagħkom, kif ukoll ix-xogħol tal-Komunità kollha.

6. Jiena kuntent li ninsab hawn magħkom f’dan il-Ħadd u nsellem bil-qalb lilkom ilkoll: lill-Kardinali Vigarju, lill-kappillan, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi irġiel u nisa,lill-fidili kollha.

Bħal kull parroċċa, intom ukoll għandkom il-problemi tagħkom: qiegħed naħseb dwar il-problema tat-trażmissjoni u tar-riċeviment tal-messaġġ uniku u universali ta’ Kristu ukoll fil-varjetà ta’ popolazzjoni differenti ħafna mill-punt di vista soċjo-kulturali, u allura għall-bżonn li nkunu nafu naddottaw il-forom espressivi fil-varjetà tal-ambjenti, mingħajr ma naffettwaw l-integrità tal-kontenut. Qiegħed naħseb dwar il-problema tas-solitudni tal-anzjani, dwar il-problema tal-formazzjoni taż-żgħażagħ, forsi miġbudin jew ittentati minn ideali ta’ benesseri materjalista u egoista, li wasslu lil diversi sal-esperjenza terribbli tad-droga.

Għeżież ħuti, jiena konvint li fil-Komunità parrokkjali tagħkom ma jonqsux il-forzi umani u soprannaturali biex tiffaċċjaw u gradwalment issolvu tali problem gravi. Naf dwar l-eżistenza ta’ gruppi parrokkjali numerużi lajkali u Komunitajiet reliġjużi, kif ukoll dwar l-impenn liberu u personali ta’ fidili oħra. Mela, dan huwa, jiena nemmen, li nenfasizzaw speċjalment l-ftuħ missjunarju tagħkom, f’għaqda u kumplimentarjetà reċiproka ta’ ntenzjonijiet, b’fiduċja u perseveranza, b’xhieda ta’ mħabba għall-verità, ta’ konverżjoni, ta’ ġustizzja u ta’ karità.Tikkomunika lid-dinja l-esperjenza tal-qdusija u tal-qawwa ta’ Alla, konnessi b’mod inseparabbli ma dik tal-indinjità propja, kif jgħallimna l-Qari tal-Liturġija tallum. Minn fejn inqalgħu l-opri kbar ta’ karità ta’ Santa Marċella, jekk mhux minn din l-esperjenza, propja tan-nisrani, jekk mhux maħsuba u bbażata fuq il-Kelma ta’ Alla miġbura fl-Iskrittura  ?

Bħalma turi l-istorja kollha tal-Kristjaneżmu, in-nisrani huwa magħmul biex jiffaċċja s-sitwazzjonijiet u l-problemi l-iktar diffiċli u skuraġġanti, dawk li għalihom is-soċjetà terrena ma tafx jew ma tridx tiffaċċja. Waħda minn dawn il-problemi llum hija dik tad-droga. In-nisrani. Quddiem problema bħal din, ma jistax iħalli lilu nnifsu jinħataf mill-fataliżmu u minn dak is-sens ta’ impotenza li jistà jkun propju ta’ min m’għandux fidi. In-nisrani, minkejja d-dgħufija u l-indinjità tiegħu, huwa msejjaħ biex ikun, bil-qawwa ta’ Kristu, “sajjied tal-bnedmin”, salvatur tal-bniedem.

7.Meta Xmun Pietru sperimenta l-qawwa ta’ Alla fis-sajda meraviljuża, indirizza l-kliem lil Kristu: “Mulej, tbiegħed minni għax jiena midneb” (Lq 5, 8). Dan il-kliem kien stqarrija tal-qdusija tal-Imgħallem u tal-indinjità propja. Imma Ġesù qal lil Xmun: “La tibżax; minn issa ‘l quddiem se tkun sajjied tal-bnedmin” (Lq 5, 10). U l-Evanġelista jżid: “Meta mbagħad ressqu d-dgħajjes mal-art, ħallew kollox u marru warajh” (Lq 5, 11).

L-esperjenza tal-qdusija ta’ Alla u tal-ħażen propju tagħna ma jbiegħedx il-bniedem minn Alla, imma jqarrbu lejh. Anzi l-bniedem ikkonvertit isir konfessur u appostlu. L-intenzjonijiet ta’ Alla jsiru għalih viċini u għeżież. U ħajtu tassumi l-milja tas-sinifikat u l-valur.

Jalla aħna lkoll inkunu nistgħu f’din il-ħajja noqorbu dejjem lejn Alla u nxerrdu fid-dinja tagħna l-Vanġelu tiegħu.

Miġjub għall-Maltin minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading