Il-Papa jesprimi l-qrubija mal-Palestinjani u l-Iżraelin li qed ibatu

Print Friendly, PDF & Email

Waqt li kien qed jindirizza l-folol fi Pjazza San Pietru wara l-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku ndirizza s-sitwazzjoni serja ħafna f’Iżrael u l-Palestina, filwaqt li enfasizza l-qrubija tiegħu lejn dawk kollha li qed ibatu, Palestinjani u Iżraelin. Qal li qed jiftakar fihom u jitlob għalihom kuljum, u joffrilhom it-“tgħanniqa” tiegħu “f’dan il-mument mudlam”.

“Jalla jissikktu l-armi, qatt mhuma se jġibu l-paċi, u jall l-kunflitt ma jinfirixx aktar! Biżżejjed, ħuti, biżżejjed! F’Gaża, hemm bżonn li l-feruti jingħataw l-għajnuna minnufih u lin-nies ċivili jkunu mħarsin, ħalli jgħaddu ferm aktar għajnuniet umanitarji lil dik il-popolazzjoni sfinita. Eħilsu lill-ostaġġi li fosthom hemm tant anzjani u tfal. Kull bniedem, hux nisrani, Lhudi, Musulman, ta’ kwalunkwe poplu jew reliġjon, kull bniedem hu sagru, hu prezzjuż f’għajnejn Alla u għandu dritt jgħix fil-paċi. Ma nitilfux it-tama: nitolbu u naħdmu bla heda sabiex is-sens tal-umanità jegħleb l-ebusija tal-qlub.”    

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-expresses-closeness-to-suffering-palestinians-and-israelis.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading