Il-Papa jappella għall-għajnuna umanitarja għan-nies tas-Sudan mifni bil-gwerra

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku ġibed l-attenzjoni għall-kriżi umanitarja serja fis-Sudan ikkawżata mill-gwerra ċivili, u li mhu qed turi l-ebda sinjali li se tieqaf. Meta tkellem fil-konklużjoni tal-Angelus tal-Ħadd, il-Papa kien imnikket għal ħafna vittmi, fosthom għall-miljuni ta’ persuni li kellhom jiġu spostati internament jew refuġjati fil-pajjiżi ġirien.

“Jien qrib it-tbatija ta’ dawk il-popolazzjonijiet għażież tas-Sudan, u nagħmel appell minn qiegħ qalbi lil min hu responsabbli lokalment, sabiex iħallu tidħol l-għajnuna umanitarja, u biex bil-kontribut tal-komunità internazzjonali, jaħdmu biex isibu soluzzjonijiet paċifiċi. Ma ninsewx lil dawn ħutna li għaddejjin mill-prova!”

L-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati, l-UNHCR, tirrapporta li minn mindu bdiet il-gwerra ċivili fis-Sudan, f’April 2023, qrib is-sitt miljun ruħ kellhom jaħarbu minn djarhom. Dominique Hyde tal-UNHCR, Direttur tar-Relazzjonijiet Esterni, reċentament żaret il-pajjiż u wissiet dwar żieda qawwija fit-tbatija tal-bniedem, fejn qalet, “il-bogħod mill-għajnejn tad-dinja u t-titli tal-aħbarijiet, il-kunflitt fis-Sudan qed ikompli jispikka. Madwar il-pajjiż, qed tiżvolġi kriżi umanitarja li ma tistax tfissirha, hekk kif aktar u aktar nies qed jiġu spostati minħabba l-ġlied bla waqfien”    

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-appeals-for-humanitarian-aid-for-people-in-war-torn-sudan.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading