L-Universitajiet Pontifiċji f’Ruma qed jingħaqdu biex iniedu Diploma Konġunta ġdida fl-Ekoloġija Integrali. Dan huwa kunċett ewlieni għall-Papa Franġisku, li jenfasizza l-interkonnettività tal-kwistjonijiet ambjentali, ekonomiċi, politiċi, soċjali u etiċi. L-kors se jknun minn Jannar sa Ġunju 2024, u se jiġi mgħallem minn grupp internazzjonali ta’ akkademiċi, mexxejja u attivisti prominenti.
Fi stqarrija għall-istampa, l-universitajiet Pontifiċji qalu li l-kors kien tweġiba għall-“isfida bla preċedent li qed tiffaċċja l-pjaneta”. Huma stqarrew, li “fl-2015, il-Papa Franġisku tana Laudato si’”, l-Enċiklika ewlenija tiegħu li ssejjaħ lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex jaġixxu fuq it-tibdil fil-klima. Madankollu, l-istqarrija tkompli tiegħi, kif jirrikonoxxi l-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni Laudate Deum, “it-tweġibiet tagħna ma kinux adegwati”, u “d-dinja li ngħixu fiha qed tiġġarraf u jista’ joqrob il-punt ta’ tkissir”.
Aktar informazzjoni fuq il-kors, inkluż il-link biex tirreġistra fil-kors: https://www.unigre.it/en/events-and-communication/communication/news-and-press-releases/registration-open-online-course-on-integral-ecology/
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2024-01/pontifical-universities-gregorian-integral-ecology-online-course.html