Didàskalos Jan – Frar 2026

Kelma mid-Delegat, Rev. Prof. Carl-Mario Sultana

Għeżież Għalliema tar-Reliġjon,
Qisu lbierah li bdejna sena ġdida u diġà għadda xahar sħiħ minnha. Kemm jiġri ż-żmien! Issa dalwaqt nidħlu fi żmien ir-Randan bi preparazzjoni għall-festa tal-Għid il-Kbir. Għal ħafna minna dan ikun żmien li jista’ jkun aktar impenjattiv fl-iskola minħabba l-impenji oħra marbuta ma’ dan iż-żmien li aħna jkollna. Tajjeb li nżommu f’moħħna kemm hu importanti dan iż-żmien, u li bħal kull żmien ieħor, dan jista’ jgħaddi minn fuq rasna u minn fuq ras l-istudenti tagħna, u kemm aħna, kif ukoll huma, lanqas biss nintlaqtu mill-effett tiegħu.

Xi affarijiet li nistgħu nagħmlu biex dan ma jiġrilniex huwa li nkunu dejjem attenti u konxji ta’ dak li aħna qegħdin ngħidu u nagħmlu. Dan jgħinna nevitaw ir-rutini, u li nagħmlu l-affarijiet li s-soltu nagħmlu mingħajr ma noqgħodu naħsbu fuqhom, b’mod aktar enerġetiku. Ejjew nippruvaw aħna stess inkunu dawk li nibdew inġibu bidla fl-istudenti tagħna billi nibdew minn nfusna u ma nagħmlux l-affarijiet biex inkunu għamilniehom, imma ndaħħlu fihom aktar spirtu u umanità.

Hija din l-umanità li ħafna mill-istudenti tagħna għandhom bżonn illum f’dinja li fil-biċċa l-kbira tagħna hija awtomatiżżata, u li fiha ftit hemm ċans biex il-persuna tkun tista’ toħroġ dak li hija tassew, minħabba l-isterjotipi li fuqhom hija mibnija s-soċjetà kontemporanja. Hija din l-umanità li ma tħalliniex inġibu ruħna ma’ xulxin daqslikieku aħna robots, u li ma għandniex sentimenti umani.

Ejjew nużaw dan il-perjodu, fejn il-bniedem huwa mistieden biex jidħol fih innifsu, biex nagħarfu ngħinu lill-istudenti tagħna f’dak li jħossuhom dgħajjfin fih, imma li fl-istess waqt iħossu li għandhom l-għajnuna kollha meħtieġa biex iqumu u jiskopru dak kollu li hu sabiħ fihom.

Kompli aktar minn din il-ħarġa … https://cre.church.mt/didaskalos-1-26/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading